Left arrow Mur Lura

IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA INTERNAZZJONALI TIBQA’ TIDDOMINA L-AĠENDA TAL-LAQGĦAT TAL-MINISTRI TAL-FINANZI EWROPEJ

PR0062
Date Icon 19/01/2009
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u tal-Eurogroup.
L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjatmis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri.
Waqtl-ECOFIN, il-Ministri ewropej se jiddiskutu fost l-oħrajn il-politika ekonomika u baġitarja għall-2009, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali u l-implimentazzjoni tal-European Economic Recovery Plan.
Danil-pjan iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu priorità lill-intrapriża, l-edukazzjoni u l-ambjent fl-investiment tagħhom bil-għan li jsostnu d-domanda għax-xogħol u b’hekk ikunu f’pożizzjoni aktar b’saħħithom fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali.
Temioħra li se jkunu trattati jinkludu l-introduzzjoni tal-ewro fis-Slovakkja u l-qafas ta’ investiment għall-Balkani tal-Punent.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow