IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA INTERNAZZJONALI TIBQA’ TIDDOMINA L-AĠENDA TAL-LAQGĦAT TAL-MINISTRI TAL-FINANZI EWROPEJ
PR0062
19/01/2009
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u tal-Eurogroup. |
| L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat | mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri. |
| Waqt | l-ECOFIN, il-Ministri ewropej se jiddiskutu fost l-oħrajn il-politika ekonomika u baġitarja għall-2009, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali u l-implimentazzjoni tal-European Economic Recovery Plan. |
| Dan | il-pjan iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu priorità lill-intrapriża, l-edukazzjoni u l-ambjent fl-investiment tagħhom bil-għan li jsostnu d-domanda għax-xogħol u b’hekk ikunu f’pożizzjoni aktar b’saħħithom fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali attwali. |
| Temi | oħra li se jkunu trattati jinkludu l-introduzzjoni tal-ewro fis-Slovakkja u l-qafas ta’ investiment għall-Balkani tal-Punent. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984