IL-PRESIDENT FENECH ADAMI FL-IKLIN
PR0061
18/01/2009
| L-Iklin, “komunita magħquda u attiva fl-lokal | pjuttost ġdid imma b’identita partikolari tagħha” laqgħa għandu lil-President u s-Sinjura Fenech Adami għal żjara uffiċjali li tkompliet illum il-Ħadd, wara li nhar l-Erbgħa l-President iltaqgħa ma’ l-għaqdiet volontarji fis-sala tal-paroċċa. |
| Il-President qal li kien ta’ pjaċir għalih | nhar il-Erbgħa meta sema l-membri ta’ l-għaqdiet volontarji jiddiskrivu ħidmiethom f’diversi oqsma fil-komunita. Il-President wera sodisfazzjon li permezz tad-diversi ħidmiet li jagħmlu dawn l-għaqdiet, flimkien max-xogħol tal-Kunsill Lokali, tinħoloq sens ta’ identita’ u rabta komunitarja. |
| Fil-bidu taż-żjara, il-President u s-Sinjura | Fenech Adami dalgħodu ħadu sehem fil-quddiesa fil-parroċċa u kif jagħmlu fiż-żjrarat uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mar-residenti tal-lokal fuq iz-zuntier għal kikkra kafe u pastizzi, drawwa tradizzjonali Maltija li kienet miżmuma fil-passat meta bosta, l-aktar irġiel, kienu jiltagħqu fil-ħwienet u l-każini l-Ħadd filgħodu jiddiskutu u jirrakontaw dak li jkun għaddew minnu matul il-ġimgħa xogħol jew fuq xi delizzju.. |
| Il-President akkumpanjat mis-Sindku Anthony | Dalli iltaqa’ maċ-ċkejknin ta’ Lija-Iklin Football Nursery waqt it-taħriġ tagħhom kif ukoll mal-Scouts li preparaw esebizzjoni tax-xogħlijiet li wettqu u ritratti ta’ attivitajiet li jorganiżżaw tul is-sena. |
| Il-President żar lis-Sur Vincent Sammut, | resident ta’ l-Iklin, li fid-dar tiegħu għandu esebizzjoni mhux tas-soltu ta’ eluf ta’ arzelli, bebbux tal-baħar u oġġetti oħra simili, esebizzjoni kbira madwar tlett swali. |
| Is-Sinjura Fenech Adami kellha program | separat li fih żaret familji. |
| Iż-żjara tal-President u s-Sinjura Fenech | Adami intemmet fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali. Il-President irringrazzja lis-Sindku u l-Kunsilliera tax-xogħol siewi tagħhom u awguralhom suċċess fil-ħidma tagħhom fit-titjib li hemm ħsieb li ssir fil-lokal. L-Iklin hu lokal ieħor li fih jinħass u jidher is-suċċess li għamlu l-Kunsilli Lokali għall-benefiċċju tar-residenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984