Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT FENECH ADAMI IŻUR IX-XOGĦLIJIET TA’ RIJABILITAZZJONI TAL-MIŻBLA L-MAGĦLUQA FIL-MAGĦTAB

PR0059
Date Icon 17/01/2009
Dalgħodu l-President Eddie Fenech Adami żarix-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni tal-miżbla l-magħluqa fil-Magħtab flimkien mal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rural George Pullicino
Ix-xogħol intensiv li jinsab għaddej għalkemmmhux tant viżibbli qiegħed iħalli impatt kbir fuq l-ambjent. Fil-Magħtab ġie nstallat Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) impjant li jitratta l-gassijiet valenużi li jinsabu miġburin ġol-‘muntanja’. Ġewwa ‘l-muntanja’ t-temperatura titla saħansitra sa 200 grad, u kif wieħed jimmaġina jkun hemm ukoll nirien interni taħt l-art. Dan l-impjant, jieħu l-gassijiet minn 380 bir li ġew installati fil-partijiet kollha tal-miżbla, fejn ġo fihom qegħdin jinġemgħu dawn il-gassijiet li mbagħad jiġu trattati. Kieku dawn il-gassijiet velenuzi ma jinqabdux f’dawn il-bjar li saru apposta, dawn kienu joħorġu fl-arja u jniġġsu l-ambjent b’detriment fuq is-saħħa tal-bniedem. Dawk il-ħafna pajpijiet għaddejjin minn naħa għall-oħra tal-miżbla l-magħluqa tal-Magħtab, li wieħed jara hekk kif ikun għaddej mill-Coast Road, huma pajpijiet li mill-bjar qegħdin imorru għal dan l-RTO, fejn il-gassijiet qegħdin jiġu maħruqa f’temperatura ta’ 1100 grad u ma jitħallewx jikkawżaw ħsara lill-ambjent.
Il-proġett fil-Fondi Strutturali msejjaħAerial Emissions Control for Maghtab, Qortin and Wied Fulija Landfills wasal fit-terminu tiegħu u għalhekk il-gvern qiegħed issa jalloka 30 Miljun Ewro biex tibda t-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni sabiex dawn is-siti jinbdlu f’parks.
Il-Ministru Pullicino tenna li Malta hijażgħira u għalhekk minn dejjem kienet teżisti l-problema ta’ x’ser isir bl-iskart. Matul iż-żmien inħolqu diversi miżbliet, fosthom dawk f’Wied Fulija, f’Hal Luqa, f’Marsaskala, fil-Magħtab u fil-Qortin Ghawdex. Issa dawn kollha ingħalqu definittivament u f’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol siewi fil-qasam tal-iskart sabiex tinħoloq infrastruttura ġdida u moderna adekwata għall-pajjiż.
Fost l-inizjattivi li ttieħdu insibufaċilitajiet ġodda bħal engineered landfills, incineratur (jew aħjar Thermal Treatment Facility), u impjant għar-riċiklagg li għamel possibli skemi bħall-Bring-In Sites u l-iskema irriċikla t-Tlieta. Inbnew ukoll 4 Civic Amenity Sites f’Malta filwaqt li għaddej il-proċess biex tinfetaħ is-CA Site ġewwa Għawdex. Inħoloq ukoll servizz permezz ta’ kumpanija li nħolqot apposta kif ġie suġġerit fl-istrateġija Nazzjonali tal-2001 biex tipprovdi servizz komprensiv fl-immaniġġjar ta’ l-iskart, din hija WasteServ Malta Ltd. Din il-kumpanija, għalkemm ilha teżisti biss 6 snin, għamlet impatt enormi fuq il-mod ta’ kif jiġi mmaniġġjat l-iskart f’Malta.
Iż-żmien li wieħed jaħzen l-iskartf’engineered landfills, iżda, għad isir xi ħaga tal-imgħoddi wkoll. F’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu irid jiġi separat u trattat b’xi mod jew ieħor, billi jiġi riċiklat, tinħoloq l-enerġija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Fl-engineered landfills, imbagħad, jidħol biss dak l-ammont żgħir ta’ residwi li jibqa’ wara t-trattament meħtieġ ta’ dan l-iskart.
Din hi mira ambizzjuza ħafna u hija magħrufabhala Zero Waste sostna l-Ministru Pullicino. Pajjiżi ħafna ikbar minn Malta għadhom kemm bdew jaħdmu fuqha u hemm oħrajn li huma aktar avanzati. Sabiex dan ikun possibli, pero, hemm il-bżonn li nkomplu ninvestu f’iktar faċilitajiet għat-trattament tal-iskart.
Apparti hekk fl-istess ħin iridu jinstabul-mezzi biex it-trattament tal-iskart f’pajjiżna jkun wieħed ekonomikament sostennibli f’qafas ta’ strateġija li tkopri l-aspetti kollha. Dan kollu jsir permezz ta’ viżjoni fit-tul ta’ fejn nixtiequ li Malta tkun fis-snin, li ġejjin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow