Left arrow Mur Lura

SE JITNIEDA PAKKETT TA’ INĊENTIVI U JIGI PROPOST TIBDIL FIL-LIĠI BIEX MALTA TKUN AKTAR ATTRAENTI GĦAL IRREĠISTRAR TA’ BUSINESS JETS

PR0058
Date Icon 17/01/2009
Hu mistenni li sa nofs din is-sena, il-Gverniressaq quddiem il-Parlament għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni liġi ġdida li tkun tkopri regolamentazzjoni u incentivi finanzjarji biex ikunu attirati aktar sidien ta’ ajruplani privati biex dawn ikunu reġistrati mr-Reġistru Malti ta’ l-Avjazzjoni.
Dan qalu Austin Gatt, il-Ministrugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni meta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, illum żar l-Airbus 318 Elite MSN 3363/ 9H-AFL li l-kumpanija ta’ l-avjazzjoni Comlux ibbazata fl-Iżvizzera rreġistrat taħt ir-Reġistru Malti ta’ l-Avjazzjoni.
Dan l-ajruplan lussuż huwa t-tieni wieħed lidin il-kumpanija rreġistrat hawn Malta, bil-Ministru Austin Gatt iħabbar ukoll li l-kumpanija Comlux fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tirreġistra t-tielet ajruplan f’Malta. “Hi l-politika tal-Gvern li Malta ssir ċentru ta’ reġistrazzjoni tal-ajruplani, speċjalment business jets bħal dawn, u l-preżenza tal-Comlux f’Malta hi sinjal li anki f’dan is-settur jista’ jinkiseb aktar suċċess,” qal il-Ministru Gatt.
Il-Ministru Austin Gatt żied li l-industrijata’ l-avjazzjoni tista’ tkun settur importanti għal Malta. Hu spjega li d-deċiżjonijiet tal-Gvern bħal fil-każ tal-Lufthansa Technik, qed jissarrfu f’aktar xogħol u tkabbir ta’ operat. Il-Ministru Gatt semma kif anki l-MCAST qed tindirizza din l-isfida permezz ta’ korsijiet tekniċi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt temm billi qal lif’Malta għandna wkoll business jets, irreġistrati u kkontrollati minn Malta u minn kumpaniji bħal Comlux, hu sinjal li nistgħu nagħmlu wkoll suċċess u nisfruttaw dan il-potenzjal fil-qasam ta’ l-avjazzjoni msaħħaħ b’regolamentazzjoni ġdida li tpoġġi wkoll fuq quddiem anki s-serjeta f’dik li hi ħarsien ta’ sigurta skont il-livelli ta’ l-UE.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow