Left arrow Mur Lura

PPREŻENTATI L-FINALISTI GĦALL-ISPORTIVI NAZZJONALI 2008 MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI.

PR0055
Date Icon 17/01/2009
“Il-publiku sportiv illum qiegħed jiċċelebrau jirrikonoxxi lil dawk li għarfu li s-suċċess huwa frott l-impenn u t-taħriġ professjonali.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt id-diskors tiegħu fl-għeluq taċ-ċerimonja mtella mil-Kunsill Malti għall-iSport flimkien mal-Għaqda Kittieba Sport li fiha tħabbru l-ħames finalisti ta’ ħames kategoriji differenti għall-Isportivi Nazzjonali 2008.
Clyde Puli ippreżenta trofej u ċertifikatlill-atleti nominati. In-nominati skond kull kategorija huma hekk kif ġej;
Sportiv Nazzjonali1. Attard Clayton (Pool) 2. Borg Alex (Snooker) 3. Chetcuti William (Sparar) 4. Degiorgio Charles (Tigrijiet taz-zwiemel) 5. Gambin Ryan (Ghawm)
Sportiva Nazzjonali1. Abela Sue (Bowling) 2. Olivieri Munroe Annabelle (Squash) 3. Scerri Madeleine (Ghawm) 4. Spiteri Danica (Triathlon) 5. Xuereb Martina (Atletika)
Atleta ta’ 17 il-sena : 11 l-Edizzjoni TrofewJohn Debattista 1. Bugeja Ryan (Sparar) 2. Farrugia Clive (Sparar) 3. Fleri Soler Ella (Ibburdjar) 4. Sultana Colette (Squash) 5. Zammit Tabona Thomas (Ibburdjar)
Tim tas-Sena 1. Aaron Ciantar - P1 Team(Powerboats) 2. Team Nazzjonali ‘A’ Waterpolo 3. Team Nazzjonali Basketball - Nisa 4. Team Nazzjonali Squash - Nisa 5. Team Pool ‘A’ Irgiel
Uffiċjal tas-Sena1. Camilleri Terry (Snooker Referee) 2. Cassar Joe (Segretarju Generali Kumitat Olimpiku Malti) 3. Galea Envic (President – Malta Judo Federation) 4. Pace Bonello Julian (President – Tenpin Bowling Association) 5. Portelli Salvu (President – Malta Shooting Sport Federation)
Sportivi bi bżonnijiet speċjali AntonioFlores (Atletika – Malta Paralympic Committee)
Matul din l-attività l-Kunsill Maltigħall-iSport flimkien mal-Għaqda Kittieba Sport, rappreżentati mis-Sur Bernard Vassallo Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport u mis-Sur Charles Camenzuli President ta’ l-Għaqda Kittieba Sport iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni għat-tlett snin li ġejjin sabiex dan l-avveniment nazzjonali jkompli jissaħħaħ fl-organizzazjoni u l-prestiġju tiegħu.
Minbarra dawn il-kategoriji ġew ukollnominati l-attivita’ internazzjonali organizzata f’Malta matul l-2008 kif ukoll ingħata rikonoxximent lill-ġurnalist veteran membru tal-GħKS. Ir-rebbieħa ta’ dawn il-kategoriji flimkien mar-rebbieħa tal-ħames kategoriji l-oħra jitħabbru fis-serata finali li ser issir nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar fil-lukanda Le Meridien f’San Ġiljan. Din is-serata ser tixxandar live fuq Education 22 fit-8.30 ta’ filgħaxija. ”.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow