PPREŻENTATI L-FINALISTI GĦALL-ISPORTIVI NAZZJONALI 2008 MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI.
PR0055
17/01/2009
| “Il-publiku sportiv illum qiegħed jiċċelebra | u jirrikonoxxi lil dawk li għarfu li s-suċċess huwa frott l-impenn u t-taħriġ professjonali.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli waqt id-diskors tiegħu fl-għeluq taċ-ċerimonja mtella mil-Kunsill Malti għall-iSport flimkien mal-Għaqda Kittieba Sport li fiha tħabbru l-ħames finalisti ta’ ħames kategoriji differenti għall-Isportivi Nazzjonali 2008. |
| Clyde Puli ippreżenta trofej u ċertifikat | lill-atleti nominati. In-nominati skond kull kategorija huma hekk kif ġej; |
| Sportiv Nazzjonali | 1. Attard Clayton (Pool) 2. Borg Alex (Snooker) 3. Chetcuti William (Sparar) 4. Degiorgio Charles (Tigrijiet taz-zwiemel) 5. Gambin Ryan (Ghawm) |
| Sportiva Nazzjonali | 1. Abela Sue (Bowling) 2. Olivieri Munroe Annabelle (Squash) 3. Scerri Madeleine (Ghawm) 4. Spiteri Danica (Triathlon) 5. Xuereb Martina (Atletika) |
| Atleta ta’ 17 il-sena : 11 l-Edizzjoni Trofew | John Debattista 1. Bugeja Ryan (Sparar) 2. Farrugia Clive (Sparar) 3. Fleri Soler Ella (Ibburdjar) 4. Sultana Colette (Squash) 5. Zammit Tabona Thomas (Ibburdjar) |
| Tim tas-Sena 1. Aaron Ciantar - P1 Team | (Powerboats) 2. Team Nazzjonali ‘A’ Waterpolo 3. Team Nazzjonali Basketball - Nisa 4. Team Nazzjonali Squash - Nisa 5. Team Pool ‘A’ Irgiel |
| Uffiċjal tas-Sena | 1. Camilleri Terry (Snooker Referee) 2. Cassar Joe (Segretarju Generali Kumitat Olimpiku Malti) 3. Galea Envic (President – Malta Judo Federation) 4. Pace Bonello Julian (President – Tenpin Bowling Association) 5. Portelli Salvu (President – Malta Shooting Sport Federation) |
| Sportivi bi bżonnijiet speċjali Antonio | Flores (Atletika – Malta Paralympic Committee) |
| Matul din l-attività l-Kunsill Malti | għall-iSport flimkien mal-Għaqda Kittieba Sport, rappreżentati mis-Sur Bernard Vassallo Chairman tal-Kunsill Malti għall-iSport u mis-Sur Charles Camenzuli President ta’ l-Għaqda Kittieba Sport iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni għat-tlett snin li ġejjin sabiex dan l-avveniment nazzjonali jkompli jissaħħaħ fl-organizzazjoni u l-prestiġju tiegħu. |
| Minbarra dawn il-kategoriji ġew ukoll | nominati l-attivita’ internazzjonali organizzata f’Malta matul l-2008 kif ukoll ingħata rikonoxximent lill-ġurnalist veteran membru tal-GħKS. Ir-rebbieħa ta’ dawn il-kategoriji flimkien mar-rebbieħa tal-ħames kategoriji l-oħra jitħabbru fis-serata finali li ser issir nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar fil-lukanda Le Meridien f’San Ġiljan. Din is-serata ser tixxandar live fuq Education 22 fit-8.30 ta’ filgħaxija. ”. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984