Left arrow Mur Lura

Press Releases STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA ZGHAZAGH U SPORT B’RISPOSTA GHAL DAKLI NTQAL MILL MALTA UNION OF TEACHERS.

PR0054
Date Icon 17/01/2009
IL-BIBIEN TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONIDEJJEM MIFTUĦA GĦAL SOLUZZJONI MINKEJJA L-ISTRAJK ORDNAT MILL-MUT NHAR IL-GIMGHA
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura,Zgħażagħ u Sport jiċħad kategorikament l-akkużi tal-Malta Union Of Teachers li mexa b’xi mod irresponsabbli jew inaċċetabbli waqt l-istrajk ta’ sagħtejn li l-union sejjħet nhar il-Ġimgħa li għadda għalKindergarten Assistants, Support Kindergarten Assistants u Learning Support Assistants.
Il-Ministeru u d-Direttorati tal-edukazzjoniaġixxew bl-aktar mod responsabbli billi assiguraw li tfal żgħar tal-kindergarten ma jitħallewx wehidhom izda jkunu mħarsa u ndukrati waqt li kienu fil-bini tal-iskola fil-ħin tal-azzjoni industrjali.
Kien dmir tal-Prinċipali tal-Kulleġġi lijaraw li l-kapijiet tal-iskejjel u l-assistenti tagħhom jassiguraw li dawn it-tfal żgħar ikunu inħarsa meta jkunu fl-iskola.
Minkejja d-deċiżjoni mill-MUT li ma tattendixgħal laqgħa ippjanata għal nhar it-Tlieta li ġej, bit-tama li jinstabu soluzzjonijiet għall-kwestjoni li dwarha kien ordnat l-istrajk, il-bibien tal-Ministeru tal-Edukazzjoni jibqgħu dejjem miftuħa għal-laqgħat li hemm bżonn biex ikomplu t-taħditiet li diġa’ bdew b’laqgħa informali din il-ġimgħa u li l-MUT stess iddeskriviet bħala “laqgħa pożittiva”.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow