Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-PILOT BOAT ‘ECHO 1’, FIL-MOLL TA’ PINTO, IL-BELT VALLETTA – IL-ĠIMGĦA, 16 TA’ JANNAR 2009.

PR0053
Date Icon 16/01/2009
Huwa ta’ sodisfazzjon u l-pjaċir tiegħi linkun hawn magħkom biex ninawguraw dan l-investiment ġdid mill-Malta Maritime Pilots. L-inawgurazzjoni ta’ din id-dgħajsa tixhed id-determinazzjoni u s-sens ta’ imprenditorija tal-investitur Malti.
Din iċ-ċerimonja hija wkoll ċelebrazzjoni ta’numru ta’ suċċessi fi żmien relattivament qasir li ilha mwaqqfa l-kooperattiva tal-Malta Maritime Pilots. Storja ta’ kooperattiva li laqgħet l-isfidi u li dawrithom f’opportunitajiet. Dan juri l-importanza li mhux biss il-kumpaniji imma l-pajjiż kollu kemm hu jħaddan il-valur tal-flessibbiltà li f’dinja globalizzata hija essenzjali.
Nemmen li din il-kooperattiva hija prova likemm l-ekonomija Maltija kif ukoll il-poplu Malti dejjem wera li kapaċi jegħleb l-isfidi quddiemu. L-importanti hu li kull sfida narawha bħala opportunità biex inkomplu nirriformaw u ntejbu l-prestazzjoni tagħna.
L-okkażjoni tal-lum hija wkoll xhiedatal-importanza u l-potenzjal ekonomiku tal-moviment kooperattiv Malti. Dan il-moviment baqa’ jikkonsolida ruħu matul dawn l-aħħar snin. F’Malta hawn ‘il fuq minn 60 kooperattiva li fihom hemm madwar 5,700 membru u dawn flimkien ikkontribwixxew aktar minn 55 miljun ewro lil-ekonomija. Dawn il-kooperattivi huma mxerdin mas-setturi ekonomiċi ta’ pajjiżna fosthom tas-servizzi, tal-manifattura u tat-trasport.
F’isem il-Gvern, nixtieq nirringrazzjalill-kooperattivi kollha u b’mod speċjali lill-Malta Maritime Pilots, tas-sehem importanti li qegħdin jagħtu lill-ekonomija Maltija. Il-Malta Maritime Pilots, bħal Gvern immexxi minni, jemmnu bis-sħiħ fil-potenzjal ta’ Malta u tal-Maltin. Għarfu li biex tkompli tirnexxi u tagħti servizz tajjeb trid tinvesti aktar.
L-investiment li għamlet din il-kooperattivamhux biss ħa ttejjeb l-operat tagħha stess imma wkoll ħa tkompli tikkontribwixxi lejn is-settur tal-cruise liners, settur li qiegħed isir aktar importanti għal pajjiżna. Is-sena li għaddiet kienet sena rekord għat-turiżmu bil-cruise liners. Sa Novembru l-ammont ta’ vapuri li ġew Malta żdiedu b’sitta fil-mija fuq is-sena ta’ qabel u l-passiġġieri żdiedu bi kważi tnax fil-mija. Is-suċċess ta’ din l-industrija tiddependi wkoll fuq is-servizzi fil-port u għalhekk konvint li dan l-investiment ħa jkompli jtejjeb il-kwalità tas-servizz, mhux li toffri l-kooperattiva biss, imma anke l-pajjiż.
Is-servizz li toffru fix-xogħol tagħkomjiddependi ħafna fuq il-ħiliet tal-piloti u l-ħaddiema tagħkom. Hawn ukoll nixtieq infaħħar l-kooperattiva tal-impenn tagħha lejn it-taħriġ tal-piloti tagħha, kemm f’Malta u kemm barra minn Malta. L-investiment fil-ħaddiema tagħna u fir-riżorsa umana huwa l-akbar garanzija għal pajjiżna li jkompli jikseb is-suċċessi u jżid il-potenzjal ta’ tkabbir. Anke f’dan il-każ, il-Malta Maritime Pilots hija mudell mhux biss għall-moviment kooperattiv imma wkoll għall-kumpaniji.

Sinjuri,

Illum mhux biss qegħdin ninawguraw dinid-dgħajsa ġdida, imma wkoll qegħdin niċċelebraw suċċess ieħor li minna għandu jitgħallem il-pajjiż kollu, li biex tirnexxi trid tinvesti kemm fl-infrastruttura u kemm fin-nies.
Nixtieq nawgura lil-Malta Maritime Pilotsaktar suċċessi fil-futur u huwa unur għalina li jkollna kooperattivi u investituri lokali li jagħtu kontribut tant importanti lill-ekonomija Maltija u jgħinu fit-twettiq tal-viżjoni għal pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow