Left arrow Mur Lura

Premju GHALL-Prattika Tajba fis-SaĦĦa u s-Sigurtà’

PR0049
Date Icon 16/01/2009
Il-kontributpożittiv fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol minn impriżi matul din l-aħħar sena ġie rikonoxxut mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) waqt ċerimonja ta’ l-għoti tal-premjijiet.
Dawnil-premjijiet ġew ippreżentati lir-rebbieħa mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Politika Soċjali s-Sur Joseph Ebejer f’isem il-Ministru John Dalli, u minn Dr Mark Gauci u Ms Roberta Messina, il-Kap Eżekuttiv Ewlieni u ċ-Chairperson ta’ l-OHSA rispettivament.
Din iċ-ċerimonja kienet waħdamill-inizjattivi bħala parti mill-kampanja ‘Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ‘l Quddiem is-Saħħa’, organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Din is-sena l-kampanja kellha bħala tema l-evalwazzjoni tar-riskju.
L-evalwazzjoni tar-riskju (‘risk assessment’),hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol, li tikkunsidra x’jista’ jikkawża korriment jew ħsara, jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le, x’miżuri preventivi jew protettivi huma, jew għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġu kkontrollati r-riskji. Minn ħafna studji li saru, jidher fiċ-ċar u b’mod prattiku li meta ssir evalwazzjoni tar-riskju kif suppost u jittieħdu l-miżuri xierqa, ikun hemm nuqqas ta’ inċidenti u mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol, minbarra li jonqos ukoll il-mard relatat max-xogħol.
Din kienet is-sitt sena li ġew ippreżentati dawnil-premjijiet u l-għan tagħhom għas-sena 2008 kien li jirrikonoxxi lil dawk il-kumpaniji jew organizzazzjonijiet li jkunu taw kontribut siewi għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol.
Din is-sena l-ewwel premju mar għand ActavisLtd għas-sottomissjoni li għamlu b’diversi evalwazzjonijiet tar-riskju u azzjonijiet innovativi li ħadu f’oqsma differenti fil-kumpanija li permezz tagħhom ġabu ‘l quddiem il-kwalita’ ta’ l-ambjent tax-xogħol tal-ħaddiema.
Il-Malta Freeport Terminals Ltd ingħatawit-tieni premju għas-sistema innovativa kif jinħattu u jitgħabbew il-containers, sistema li tant kienet ta’ suċċess li fil-fatt ġiet applikata f’pajjiżi oħra.
Il-Westin Dragonara Resort u l-GO plcqasmu t-tielet post għas-sottomissjonijiet tagħhom, wieħed għas-sistema ta’ ventilazzjoni li mplimentaw u l-ieħor għall-azzjonijiet li ħadu sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aktar fis-sigurtà fuq iċ-ċumnija tal-power station rispettivament.
Il-premjijiet kellhom l-għan li juru b’eżempjulil min iħaddem u lill-ħaddiema l-benefiċċji ta’ prattiki tajba ta’ saħħa u sigurtà sabiex jiġu kkontrollati r-riskji fuq il-post tax-xogħol. Din is-sena kien hemm 20 sottomissjoni, bi tlett kumpaniji jitfgħu iktar minn sottomissjoni waħda.
Ħafna mis-sottomissjonijiet kienu juru biċ-ċarl-impenn tal-management li mhux biss jaqdi l-obbligazzjonijiet tal-liġi billi jagħmel l-evalwazzjoni tar-riskju, iżda jieħu l-miżuri neċessarji sabiex il-perikli fuq il-ħaddiema jitnaqqas kemm jista’ jkun possibbli jew jiġu eliminati totalment. Aspett ieħor pożittiv li ħareġ mis-sottomissjonijiet kien il-konsultazzjoni bejn il-management u l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom.
Is-sottomissjonijiet ġew aġġudikati minn panelta’ ġurija indipendenti u r-rebbieħa tħabbru waqt ċerimonja li saret dal-għodu fl-uffiċċini ta’ l-OHSA f’Tal-Pieta’.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow