Left arrow Mur Lura

Diskors mill-onorevoli lawrence gonzi, Prim Ministru fl-okkazjoni ta’ l-Iskambju ta’ Awguri gĦas-sena l-Ġdida  mAL-KORP DIPLOMATIKU  - BERĠA TA’ KASTILJA, VALLETTA - IL-ĠIMGĦA, 16 TA’ JANNAR, 2009

PR0045
Date Icon 16/01/2009
Merħba għal dinil-laqgħa ta’ kull sena sabiex nawguraw lil xulxin u nirriflettu ftit dwar il-prospetti għas-Sena l-Ġdida.  L-isbaħ xewqat tiegħi u tal-kollegi tiegħi, lilkom u l-familji tagħkom. F’isem il-poplu Malti, nixtieq ukoll inwassal l-isbaħ xewqat lill-Gvernijiet u l-popli li tirrapreżentaw.
Kienet sena ta’ħafna żviluppi u li f’ħafna aspetti ma kienux tas-soltu.
F’Marzu l-popluMalti mar jivvota fl-għaxar elezzjoni ġenerali mill-Indipendenza ’l hawn.  Kienet ukoll l-ewwel  elezzjoni ġenerali li saret f’Malta mindu sseħibna fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u saret ftit xhur wara li dħalna fiż-żona Ewro u fiż-żona Schengen fl-2008.
Id-dħul ta’ pajjiżnafil-proġett Ewropew ġie fi żmien meta l-komunità internazzjonali qed tiffaċċja ambjent ekonomiku instabbli u inċert b’mod mhux tas-soltu li qed iwassal għal ċaqliq enormi bħal dawk fil-prezzijiet taċ-ċereali u ż-żjut, it-tiġrif tas-sistema finanzjarja internazzjonali u riċessjoni globali kbira. Ftit li xejn pajjiż żgħir u b’ekonomija miftuħa bħal tagħna jista’ jiddefendi ruħu waħdu minn dan it-taqlib. Hija ta’ faraġ li s-sħubija f’waqqitha li għamel pajjiżna fiż-żona Ewro ħarsitna mill-agħar problemi f’dan il-perjodu diffiċli.
Waħdamir-riflessjonijiet ta’ serħan il-moħħ li toħroġ mid-dibattitu attwali internazzjonali  huwa l-ħsieb li dejjem jikber,  li m’għandhomx jinstabu soluzzjonijiet għal żmien qasir a skapitu ta’ objettivi li jridu jintlaħqu fuq milja itwal ta’ snin.  Għalkemm huwa veru li din ir-realizzazzjoni  hija sentiment li tista’ tingħeleb b’talbiet urġenti u immedjati.
Eżempju ta’ dan humal-problemi li qegħdin jiffaċċjaw in-negozjati ta’ Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.  F’Novembru f’Washington, il-mexxejja  tal-Grupp ta’ 20 qablu  dwar il-kundizzjonijiet biex in-negozjati jiġu konklużi sa Diċembru. Dan ma seħħx.
Malta tibqa’tal-fehma li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ globali hija għodda indispensabbli  għall-iżvilupp. Nemmnu li tħassib dwar prodotti speċifiċi b’mod partikulari u s-sigurtà tal-ikel b’mod ġenerali, tħassib li aħna wkoll nifhmu u naqsmu, għandu jiġi milqugħ f’sistema ta’ kummerċ ħieles razzjonali u li tikber.
Aħna wkoll konvintili l-bżonnijiet ta’ żvilupp fit-tul ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jintlaħqu aħjar b’sistema ġusta u xierqa ta’ kummerċ ħieles, u mhux permezz ta’ azzjoni unilaterali ta’ protezzjoniżmu.  B’dan l-ispirtu, Malta se tibqa’ tappoġġja li n-negozjati ta’ Doha jispiċċaw b’suċċess kemm jista’ jkun malajr.
Azzjoni dwaril-bidla fil-klima hija settur ieħor fejn l-għanijiet fit-tul iridu jikkompetu mal-obbligazzjonijiet iebsa tas-sitwazzjoni ekonomika preżenti. Hemm sinjali inkoraġġanti ta’ kunsens sod globali dwar it-tifsira tal-problema.
Il-mistoqsijaewlenija hija jekk il-kriżi ekonomika preżenti hix se xxekkel flok tgħin l-azzjoni urġenti u kuraġġjuża li hi meħtieġa.
Ix-xahar li għaddakien hemm qbil fost il-mexxejja Ewropej li tittieħed direzzjoni kuraġġjuża.  Malta hija determinata li tilħaq il-miri stabbiliti skont din id-deċiżjoni. Dan l-impenn mhux se jkun faċli għalina minħabba l-insularità u l-limitazzjonijiet ta’ spazju u riżorsi tagħna. Madanakollu konvinti li l-isforz se jagħti l-frott fis-snin li ġejjin. L-isforz tagħna huwa wkoll skont ir-rwol tagħna li nistimulaw lill-komunità internazzjonali biex tieħu azzjoni kollettiva dwar il-bdil fil-klima.
Il-kooperazzjonifavur il-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran huwa qasam ieħor fejn Malta għandha storja fejn ħeġġet u mexxiet azzjoni kollettiva. Hemm żewġ kunsiderazzjonijiet bażiċi li jservu ta’ prinċipji li jmexxuna f’dan il-qasam. Wieħed huwa dak li l-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa huma marbuta mill-qrib mal-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran. L-ieħor huwa li l-proċess ta’ kooperazzjoni fil-Mediterran irid bilfors jinvolvi n-naħa ta’ fuq u n-naħa ta’ isfel tar-reġjun fuq il-bażi ta’ ugwaljanza u sħubija.
It-tnedijatal-Unjoni tal-Mediterran mill-Presidenza Franċiża s-sena l-oħra hija pass importanti fil-proċess ta’ kooperazzjoni Mediterranja.  L-Unjoni żiedet fil-proċess ta’ Barcelona dawk l-elementi ta’ ugwaljanza u funzjonalità li qabel kienu neqsin. B’mod konsistenti, Malta appoġġjat il-proċess ta’ Barcelona u hija mimlija ħeġġa dwar l-evoluzzjoni ta’ dan il-proċess fl-Unjoni tal-Mediterran. Aħna determinati li nagħtu sehem attiv fit-twettiq effettiv tal-għanijiet tal-Unjoni; in-nomina ta’ Malti bħala wieħed mill-ħames Deputati Segretarji ġenerali għanda tgħin biex dan il-għan jintlaħaq.
Malta ġiet ukollfdata biex tilqa’ fi ħdanha uffiċċju ta’ komunikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija. Il-laqgħa li Malta ppromwoviet fi Frar tas-sena l-oħra bejn il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE u l-Lega Għarbija, saħqet dwar il-potenzjal li jeżisti għal djalogu utli u kostruttiv bejn iż-żewġ naħat dwar kooperazzjoni akbar fuq kwistjonijiet reġjonali u globali ta’ interess għaż-żewġ naħat. Nittamaw li uffiċċju ta’ komunikazzjoni se jagħti kontribut utli biex jippromwovi djalogu strutturat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija.
Il-pajjiżi Ewropej uGħarab investew kapital politiku u finanzjarju sinifikanti tul il-milja tas-snin dwar il-Palestina. Il-ġrajjiet traġiċi tal-aħħar ġimgħat qanqlu niket u biża’ fid-dinja. Sejħiet għall-moderazzjoni u azzjoni favur għajnuna umanitarja huma reazzjoni naturali u immedjata.
Irridu nistaqsugħaliex fl-2008 il-komunità internazzjonali ma kinitx kapaċi tisfrutta l-possibbiltà ta’ soluzzjoni paċifika fil-Lvant Nofsani. Tul il-biċċa l-kbira tas-sena, din l-opportunità ntweriet b’konverġenza bejn il-proċess Annapolis, il-Pjan ta’ Paċi Għarbi u l-waqfien mill-ġlied fraġli f’Gaża. Hawn fl-Ewropa rridu neżaminaw kif il-preżenza tagħna tinħass aħjar permezz ta’ azzjoni diretta u b’saħħitha kull meta jkun hemm opportunitajiet simili fil-ġejjieni.
Wieħed jittama illiMalta tkun f’pożizzjoni li tagħti sehem aktar dirett permezz tar-rappreżentanza diplomatika li diġà fetħet f’Tel Aviv u dik li daqt se tinfetaħ f’Ramallah. L-għan ewlieni tagħna jibqa’ dak ta’ żewġ stati sovrani, l-Iżrael u l-Palestina, li jgħixu qrib xulxin fis-sigurtà u l-paċi.
Matul l-2008 kienhemm ħafna aktar sitwazzjonijiet fejn il-komunità internazzjonali ssejħet biex tieħu azzjoni f’waqqitha u b’saħħitha biex issib tarf ta’ sitwazzjonijiet imwiegħra. L-Unjoni Ewropea kellha rwol importanti fil-każ tal-Kosovo u tal-Ġeorġja u r-riżultati kienu inkorraġġanti.
Naħsbu li l-ħarsienewlieni tas-sigurtà nazzjonali tagħna jinsab f’ambjent ta’ kooperazzjoni u stabbilità reġjonali u internazzjonali, imseddaq bir-rispett sħiħ lejn il-liġi u d-dritt. B’hekk nagħrfu li għandna interess u anke responsabbiltà, fil-limiti ta’ kemm nifilħu, li nagħtu sehemna.
Malta qedtipparteċipa fil-missjonijiet ċivili tal-Politika tad-Difiża u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea (ESDP) fil-Ġorġja u l-Bosnja permezz tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Pulizija.  Malta qed tipparteċipa wkoll, permezz tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-Counter Piracy Operation, ‘l hemm mis-Somalja.  Għandna wkoll żewġ ġudikanti li qed iservu fil-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo u mħallef ieħor fil-Qorti Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY).  Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta servew ukoll b’mod temporanju fil-United Nations Interim Force fil-Lebanon u fl-OSCE Certification Visits għall-Balkani.
Id-dħul mill-ġdidtagħna fil-programm Partnership for Peace f’April tas-sena l-oħra seħħ fl-isfond ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet. Minbarra li qed tiffaċilta ċertu aspetti tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea, is-sħubija fil-Partnership for Peace tipprovdilna opportunitajiet ġodda biex nifhmu aħjar kwistjonijiet ta’ sigurtà li jolqtuna, tagħtina possibbiltajiet ġodda ta’ taħriġ għan-nies tagħna u ttejjeb is-sehem tagħna f’attivitajiet għaż-żamma tal-paċi.
Huwa fil-kontinentAfrikan li l-komunità internazzjonali qed taffronta l-aktar ħtiġiet iebsa u kumplessi fejn jidħlu it-twettiq u ż-żamma tal-paċi. Il-vjolenza f’Darfur u fil-Kongo tal-Lvant qed tkompli toħloq traġedji umanitarji li huma inaċċettabbli. Ma nistgħux ma nkunux maħsuda bil-ħafna każijiet f’reġjuni sħaħ ta’ dan il-kontinent fejn il-liġi tiġi injorata, bl-aktar drittijiet bażiċi tal-bniedem, speċjalment id-drittijiet tat-tfal, ikomplu jiġu mkasbra, u fejn il-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi għadhom lura ħafna.
Kooperazzjoni bejn l-UnjoniAfrikana u l-Unjoni Ewropea, fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, toffri potenzjal għall-mixja ’l quddiem. Hawnhekk fl-Ewropa, l-interess li għandna biex ngħinu nsibu tarf tal-problemi tar-reġjun li jinsab fin-nofsinhar tad-deżert tas-Saħħara, jinbet mhux biss mill-impenn qawwi favur id-drittijiet tal-bniedem iżda anke mix-xewqa li nippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali kif ukoll li naqsmu r-responsabbiltà biex inħarsu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Il-problemi ta’ dawn ir-reġjuni huma, f’ċertu aspetti, il-problemi tagħna wkoll.
Din ir-realtà hil-iktar evidenti fil-mod kif it-taqlib ekonomiku, soċjali u politiku fl-Afrika jaffettwa il-migrazzjoni ta’ nies lejn l-Ewropa. Kif spjegajna tul dawn l-aħħar snin, Malta qed tintlaqat sew mill-fenomenu. Din il-problema qed tiggrava kull sena.
Aħna tlabna lilsħabna Ewropej biex jirrikonoxxu, jieħdu azzjoni immedjata u jipprovdu soluzzjonijiet fuq medda itwal ta’ żmien għall-problemi li qed niffaċċjaw. Fil-Patt ta’ Migrazzjoni f’Ottubru li għadda, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ftehmu li jagħtu konsiderazzjoni ikbar lid-diffikultajiet ta’ dawk l-Istati Membri li huma milquta mill-influssi sproporzjonati ta’ immigranti. Aħna qed naħdmu u se nkomplu naħdmu mal-Kummissjoni u fil-Kunsill, sabiex il-priniċipju ta’ burden sharing jiġi implimentat b’mod prattiku u effettiv fil-futur qarib.
Malta se tkomplitikkonsulta mal-ġirien tagħha biex b’mod uman iżda wkoll b’mod sod dwar kif għandha tiġi ffaċċjata l-immigrazzjoni illegali. Kif isostni tajjeb il-Patt ta’ Migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-ipotesi li ma jkunx hemm immigrazzjoni  mhijiex realistika u hija perikoluża. Irridu niżguraw li l-migrazzjoni sseħħ b’mod ordnat u dixxiplinat u li jirrispetta d-drittijiet tal-immigranti kif ukoll iħares l-interessi leġittimi tal-komunitajiet fejn imorru.
Bħal kull kwistjonioħra, il-migrazzjoni hi fenomenu globali li jimmanifesta ruħha b’modi differenti, iżda li għandhom karatteristiċi komuni, f’reġjuni differenti. Dan il-fatt iġegħilna nistaqsu l-mistoqsija dwar l-istrutturi istituzzjonali li fuqhom hi mibnija l-koperazzjoni internazzjonali. Naqblu li s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti tinstab fil-qalba ta’ dawn l-istrutturi istituzzjonali.
Għal ħafna snin,in-Nazzjonijiet Uniti kienet qed taħdem fuq proċess ta’ riforma li għandha ħafna għanijiet. Xi għanijiet ta’ din ir-riforma, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ Kunsill tas-Sigurtà aktar rappreżentattiv u li jirrispondi malajr, għadhom s’issa ma ntlaħqux. Għal Malta, dan hu ta’ dispjaċir. F’setturi oħra, ċerta miżura ta’ riforma istituzzjonali ntlaħqet.
Dinil-konsiderazzjoni twassalna biex nifhmu li riforma istituzzjonali tista’ tkun ingredjent neċessarju, iżda mhux biżżejjed, għall-koperazzjoni multi laterali. L-ingredjent bażiku jibqa’ l-impenn politiku li jippromwovi l-isforz lejn azzjoni kollettiva.
Nemmnu li danil-ħsieb jgħodd ukoll fejn għandu x’jaqsam il-proċess ta’ riforma istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea. Aħna konvinti wkoll li t-trattat ta’ Riforma ta’ Lisbona hu neċessarju f’dan il-proċess. Malta tilqa’ l-fatt li nstabet it-triq ‘il quddiem li tiżgura li l-problemi li rriżultaw bil-vot negattiv fir-referendum Irlandiż jiġu indirizzati.
Fl-istess ħingħandna nkomplu niffukaw fuq l-ispirazzjoni politika essenzjali tal-Unjoni – l-għan huwa li jiġu stimolati l-enerġiji tal-Ewropej kollha fi proċess koperattiv għall-paċi, prosperità u rispett reċiproku. Dan hu dak li għandu jkompli jiggwidana hekk kif niffaċċjaw l-isfidi ta’ matul iż-żmien tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea.
Hekk kif Malta setagħlaq ħames snin imsieħba fl-Unjoni Ewropea, qed tkompli għaddejja bil-programm ta’ żvilupp nazzjonali. Ir-relazzjonijiet bilaterali qed ikomplu jissaħħu u jikbru, kemm mal-imsieħba fl-Unjoni Ewropea kif ukoll ma’ dawk li mhumiex fl-Unjoni Ewropea. Fost l-iżviluppi bilaterali l-aktar importanti ta’ matul l-2008, nixtieq insemmi  l-ftehim tat-tassazzjoni doppja li ffinalizzajna mal-Amerika f’Marzu, u dak li kkonkludejna mal-Libja dan l-aħħar. Fit-30 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, Malta kienet aċċettata wkoll fil- ‘United States Visa Waiver Programme.’
Diġà għamiltriferenza għall-inċertezzi li hemm fil-qasam ekonomiku internazzjonali. Għandi l-pjaċir nirrimarka li fuq livell nazzjonali qed niffaċċjaw is-sitwazzjoni b’mod tajjeb.
Iċ-ċifri juru lifl-aħħar sitt xhur tas-sena 2008, l-ekonomija Maltija kienet qed tikber bir-rata annwali ta’ 2.2% - tnaqqis mir-rata ta’ tkabbir ta’ 3.3% li kien hemm fl-ewwel xhur tas-sena. Iżda it-tnaqqis jiftiehem fiċ-ċirkustanzi preżenti, u meta mqabbla mal-bqija tal-ekonomiji Ewropej.
Matul is-sena ligħaddiet, inħolqu madwar 7000 impjieg ġdid, u l-qgħad baqa’ f’livelli baxxi. Komplejna wkoll nagħmlu avvanzi strutturali fis-settur tax-xogħol – b’żieda fil-persentaġġ ta’ nisa jidħlu fil-qasam tax-xogħol, u b’settur pubbliku iżgħar b’persentaġġ anqas ta’ ħaddiema mit-total ta’ dawk li jaħdmu bi qliegħ.
Is-setturfinanzjarju wkoll wera livell tajjeb ta’attività, b’numru kontinwu ta’ liċenzi godda li jinħargu mill-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji, partikolarment fis-setturi tas-servizzi tal-investiment, assigurazzjoni u trusts.
L-indikazzjonijietjidhru li l-problemi ekonomiċi internazzjonali se jibqgħu jippersistu fl-2009.  Għaldaqstant jeħtieġ li nibqgħu għaddejjin bl-isforzi li għamilna sa issa. Il-gvern immexxi minni għandu strateġija doppja – waħda mmirata għal miżuri ta’ rimedju fuq terminu qasir, u l-oħra mmirata għal żamma tal-programm ta’ żvilupp fuq żmien itwal.
Hemm bżonn li l-azzjonijietli jittieħdu fuq terminu qasir ikunu konsistenti mal-miri tagħna ta’ żvilupp fit-tul.  Eżatt wara l-elezzjonijiet ta’ Marzu tas-sena l-oħra, komplejna bl-inizjattivi fuq ir-riforma tal-kera, ir-riforma tat-trasport u fażi oħra mir-riforma tas-sistema edukattiva. Bdejna wkoll naħdmu fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna – eżerċizzju sensittiv u kumpless, imma, li għandi l-pjaċir ngħid, qiegħed fi stadju avvanzat.
Sabiex nagħġnu uniżviluppaw aħjar il-miri tagħna nedejna l-Viżjoni 2015, li taħtu identifikajna seba’ setturi li għandhom ikunu l-pilastri prinċipali tal-attività ekonomika futura ta’ Malta. Is-seba’ setturi huma: is-Servizzi Finanzjarji, it-Teknoloġija għall-Informazzjoni u Komunikazzjoni, it-Turiżmu, il-Manifattura, is-Saħħa, l-Edukazzjoni u Għawdex bħala gżira ekoloġika. Għandna mira għal kull settur, u kull gwadann hu mmirrat li jagħti vantaġġ komparattiv lil Malta sas-sena 2015.
Ninsab fiduċjuż lil-poplu Malti se jilħaq l-isfidi li aħna lkoll qed naffrontaw f’dawn iż-żmenijiet diffiċli. Aħna nsibu s-saħħa meħtieġa mis-sens profond ta’ solidarjetà nazzjonali tagħna, mir-rabtiet sodi tagħna mal-valuri umani li tawna l-identità tagħna u mill-impenn tagħna lejn ix-xogħol.
Biex nagħlaq, nerġa’ nestendi l-awguri u l-isbaħ xewqat tiegħi, flimkien mat-tama li l-isforzi komuni tagħna lkoll jikkontribwixxu għal aktar tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejnietna, kif ukoll lejn il-ħidma kollettiva tagħna li nippromwovi l-paċi, il-ġustizzja u l-prosperità għal kulħadd
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow