INDIRIZZ MILL-EĊĊELLENZA TIEGĦU DOTTOR EDWARD FENECH ADAMI PRESIDENT TA’ MALTA, FL-OKKAŻJONI TAL-ISKAMBJU TA’ AWGURI GĦAS-SENA L-ĠDIDA MAL-KORP DIPLOMATIKU - IL-PALAZZ, VALLETTA - IL-ĠIMGĦA, 16 TA’ JANNAR 2009
PR0044
16/01/2009
| Ministru tal-Affarijiet | Barranin, |
| Dekan tal-Korp | Diplomatiku, |
Eċċellenzi,
| Membri tal-Korp | Diplomatiku, |
| Għandi l-pjaċir li | nilqagħkom biex nawguraw lil xulxin l-isbaħ xewqat għas-Sena l-Ġdida u nġeddu r-rabtiet ta’ ħbiberija bejn il-Gvernijiet u l-Popli tagħna. |
Nunzju Appostoliku,
Nirringrazzjak, Monsinjur Tommaso Caputo, Dekan tal-Korp Diplomatiku, għall-kliem ġentili u l-isbaħ xewqat tiegħek. Ippermettili nagħti lilek u lill-Korp Diplomatiku kollu, l-isbaħ xewqat tiegħi għas-Sena l-Ġdida. Nitolbok ukoll biex tgħaddi lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI l-isbaħ xewqat tiegħi u l-awguri tal-Poplu Malti.
Eċċellenzi,
| Is-sena li għaddiet | ġabet magħha aspettattivi diversi kif ukoll żviluppi mhux mistennija. |
| Fl-10 ta’ Diċembru | 2008 iċċelebrajna s-60 anniversarju minn meta l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Id-Dikjarazzjoni tirrappreżenta l-ewwel ftehim komprensiv fost in-nazzjonijiet li jiġbor fih id-drittijiet u l-libertajiet speċifiċi għall-bnedmin kollha. |
| Id-Dikjarazzjoni | kienet adottata fi żmien meta d-dinja kienet mifnija b’dak kollu li seħħ fil-kwart ta’ seklu ta’ qabel: il-waqgħa tas-swieq tal-investimenti fl-1929, id-Dipressjoni l-Kbira li seħħet mal-waqgħa tas-swieq, it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Olokawstu. Minħabba dawn it-traġedji ekonomiċi u umani, id-dinja fittxet li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem flimkien ma’ dawk politiċi, ekonomiċi u soċjali. |
| Iċċelebrajna dan | l-anniversarju importanti s-sena l-oħra li fi tmiemha ġejna wiċċ imbwiċċ ma’ kriżi finanzjarja globali li tikkostitwixxi sfida għad-drittijiet tal-bniedem. Hekk kif l-ekonomiji jibdew ibattu u l-pajjiżi jnaqqsu l-baġits tagħhom, jikber il-periklu li programmi essenzjali għall-edukazzjoni, kura tas-saħħa jew għajnuna soċjali jisfaw vittmi ta’ tnaqqis mill-baġit tagħhom – fi żmien meta jkun hemm l-aktar bżonnhom. |
| Id-drittijiet | stipulati fid-Dikjarazzjoni jittrattaw - flimkien ma’ dawk politiċi u ekonomiċi - uħud mill-aktar kwistjonijiet kruċjali relatati mal-kriżi kurrenti: id-dritt għax-xogħol u għal kundizzjonijiet ta’ xogħol aċċettabbli, id-dritt għal siġurtà soċjali, id-dritt għas-saħħa u edukazzjoni, u d-dritt għal protezzjoni u kura f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. |
| Għalkemm | id-drittijiet soċjali u ekonomiċi saru parti integrali mill-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, bosta huma l-gvernijiet għadhom jitnikkru biex jimplimentawhom kollha. Il-konsegwenzi - ċaħda, esklużjoni u emarġinazzjoni soċjali u ekonomika - kollha huma mogħdijiet perikolużi li jwasslu għal aljenazzjoni soċjali u politika, diskriminazzjoni, estremiżmu jew konflitt. |
| Il-Gvernijiet | għandhom id-dmir li jiżguraw il-benesseri tal-popli tagħhom li jinkludi li jiggarantulhom id-drittijiet umani. Il-politika tal-gvern għandha topera f’qafas ta’ drittijiet umani fl-isforzi tagħha biex tiżgura effiċjenza ekonomika. |
| F’dinja globalizzata u | interdipendenti, il-gvernijiet jistgħu biss jilħqu dan l-iskop billi jseddqu l-koperazzjoni u s-solidarjetà multilaterali, flimkien ma’ kuxjenza għal responsabbiltà soċjali korporattiva min-negozji. |
| Fil-famuż diskors | tiegħu “L-Erba’ Libertajiet”, Franklin D. Roosevelt enfasizza dak li hu ra bħala l-libertajiet prinċipali li kull bniedem għandu jgawdi: libertà tal-kelma u l-espressjoni, libertà fit-twemmin reliġjuż, ħelsien mill-faqar u ħelsien mill-biża’. Dawn l-erba’ libertajiet jagħmlu parti mid-Dikjarazzjoni Universali. |
| Waħda mill-kisbiet | ewlenin fid-drittijiet tal-bniedem f’dawn l-aħħar sittin sena kienet it-twaqqif ta’ mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem. Hekk aħna mgħammrin aħjar biex negħlbu problemi relatati. Waqt li l-ħajjiet ta’ ħafna tjiebu tul dawn l-aħħar sittin sena, għad hawn popli li m’għandhomx drittijiet tal-bniedem. |
Eċċellenzi,
| L-1 ta’ Jannar 2009 fakkar | l-għaxar anniversarju mid-dħul tal-ewro bħala munita waħda għal ħdax-il Stat Membru. Fakkar ukoll il-bidu ta’ politika monetarja waħda għaż-żona tal-ewro mill-Bank Ċentrali Ewropew. Nieħu din l-opportunità biex nifraħ lir-Repubblika Slovakka fl-adozzjoni tagħha tal-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha wara li wettqet ix-xogħol diffiċli biex tilħaq il-kriterji meħtieġa ta’ konverġenza ekonomika. |
| L-1 ta’ Jannar 2009 kien ukoll | l-ewwel anniversarju meta Malta ssieħbet fiż-żona tal-ewro. Meta nħarsu lura, naraw li aħna aktar minn sodisfatti bil-ħeffa u s-suċċess li bihom il-Poplu tagħna adotta l-ewro. Nittama u nixtieq li dan ikun japplika wkoll għar-Repubblika Slovakka. |
Eċċellenzi,
| Sena ilu konna | qegħdin nistennew b’ħerqa l-possibbiltà ta’ suċċess fil-ftehim għall-paċi, li ilna tant nistennew, fil-Lvant Nofsani b’riżultat tal-Ftehim ta’ Annapolis. Kien hemm it-tama li l-partijiet kollha jagħmlu sforz qawwi biex isibu qbil. |
| Sfortunatament, | is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani marret għall-agħar: attakki bil-missili, inkursjonijiet militari, ħerba mill-infrastruttura u mwiet, partikolarment ta’ nies ċivili innoċenti li dejjem qed jiżdiedu. Sejħiet għall-waqfien mill-ġlied mill-Unjoni Ewropea, minn għadd kbir ta’ stati oħra kif ukoll min-Nazzjonijiet Uniti, ġew injorati. |
| Jien ukoll nixtieq | illum insemma leħni għall-waqfien mill-ġlied f’Gaża u l-madwar. Nies qegħdin imutu, nies feruti jinħtieġu kura medika urġenti u abitanti li jridu jeħilsu minn dawn il-kundizzjonijiet ta’ stmerrija. M’hemm l-ebda triq oħra ħlief l-eżistenza tal-Iżrael u l-Palestina bħala żewġ Stati sovrani u ġirien, bil-Popli tagħhom jgħixu fis-sigurtà u l-paċi. |
Eċċellenzi,
| Ninsabu għaddejjin | minn dik li probabbilment hi l-agħar kriżi finanzjarja u ekonomika u l-akbar riċessjoni mill-1930 ’l hawn. Mhux sorpriża li l-miżuri ta’ self u għotjiet ta’ żmien id-Dipressjoni qed jiġu implimentati fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ewropa. |
| Bdiet bħala kriżi | ta’ likwidità fl-Istati Uniti tal-Amerika qabel ma xterrdet fl-Ewropa u l-Asja. Fl-Ewropa żviluppat fi fjask bankarju waqt li fl-Asja saret problema ta’ qgħad hekk kif fabbriki bdew u komplew jagħlqu minħabba tnaqqis fid-domanda għall-oġġetti. |
| Ħafna mill-analiżi tal-kollass | tal-industrija finanzjarja tal-2008 sar dwar l-ekonomiji, li kkonċentraw fuq x’ikkawża l-kriżi u x’għandu jsir. |
| Il-proċessi | ekonomiċi tal-aħħar ħamsa u għoxrin sena kellhom wkoll konsegwenzi politiċi u soċjali profondi. Il-waqgħa mhijiex biss dwar id-dominanza tal-ekonomija tas-suq ħieles iżda wkoll tal-ideoloġija li żviluppat madwarha. |
| Sa mill-1929 kien | hemm xejriet prinċipali fir-rwol tal-istat fit-tkabbir tal-ekonomija tiegħu. Id-Dipressjoni l-Kbira tal-1929 l-ewwel wasslet għal żmien qasir ta’ protezzjoniżmu u wara żviluppaw policies min-naħa tad-domanda proposti minn Keynes. |
| L-ewwel għexieren ta’ snin wara | l-gwerra kienu karatterizzati mill-fatt li l-istat kien fdat bil-benesseri tas-soċjetà. Fil-fatt l-istat beda jipprovdi s-sigurtà soċjali għall-individwu. |
| Bidla oħra seħħet | wara t-theżżiż fil-prezzijiet taż-żejt fis-snin sebgħin li reġgħu ġibdu l-attenzjoni ta’ dawk fit-tmexxija fuq miżuri li jgħinu jkattru s-setturi produttivi u li jsaħħu dawk li jiffavorixxu l-privatizzazzjoni u swieq ħielsa bħala l-aħjar mod biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku. L-istat kien ikkunsidrat bħala ineffiċjenti biex iseddaq it-tkabbir ekonomiku u kien qed jaġixxi ta’ xkiel fuq il-libertà tal-individwu. |
| Is-soluzzjoni kienet | li jnaqqsu s-sehem tal-istat sew mill-ġestjoni tiegħu tal-ekonomija u kważi wkoll bħala regolatur tagħha. Fl-assenza ta’ ġestjoni mill-istat, is-suq kellu jkun l-istrument li kellu jalloka r-riżorsi bl-aktar mod effiċjenti. |
| Il-kollass tas-swieq | finanzjarji fuq skala globali għandu jitqies bħala tmiem ta’ era. Issa hemm il-bżonn li jerġgħu jiġu kkunsidrati r-rwoli rispettivi tal-istat u tas-suq, biex jinħolqu istituzzjonijiet li jissalvagwardjaw mill-istaġnar li jiġi mill-intervent tal-istat u l-eċċessi tal-inugwaljanza miġjuba mis-suq. |
| L-ideali ta’ | ugwalitarjaniżmu, solidarjetà soċjali u ġustizzja soċjali ħadu daqqa qawwija ’l isfel dawn l-aħħar snin. Dan wassal għal dil-kriżi. L-inugwaljanzi prinċipali fil-qligħ li ġew ikkawżati, fl-istess ħin affettwaw b’mod negattiv sezzjonijiet tas-soċjetà u ħallewhom mingħajr wisq drittijiet fis-sistema. |
| Li jinħtieġ bħala | riżultat ta’ dan huwa ħsieb innovattiv meta nkunu niddibattu l-istat ta’ wara l-2008. Bidla fil-policies hija inevitabbli. Il-gvernijiet għandhom bżonn jieħdu l-opportunità biex jimplimentaw strateġiji li jwasslu biex jagħtu ħajja ġdida lill-ekonomiji tagħhom. Jinħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet b’attenzjoni speċjali għal sezzjonijiet vulnerabbli tas-soċjetà. |
Eċċellenzi,
| Matul il-ħames snin | li għaddejt bħala President iltqajt magħkom personalment u fil-karriera politika twila tiegħi ltqajt ma’ ħafna dinjitarji, diplomatiċi u politiċi oħrajn. Inżomm b’għożża dawn il-mumenti. |
| It-tkabbir ta’ | relazzjonijiet bilaterali u multilaterali tajbin u djalogu bejn l-Istati u l-Popli tagħhom iwasslu għal dinja aħjar għal kulħadd. |
| Jien ġentilment | nitlobkom biex twasslu l-awguri tiegħi lill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvernijiet tagħkom. Nixtieq lilkom u lill-familji tagħkom saħħa u ġid fis-snin li ġejjin. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984