Left arrow Mur Lura

MIFTUĦA GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI TA’ MIŻURI TA’ POLITIKA U TNAQQIS TAL-EMISSJONIET TAL-GASSIJIET SERRA

PR0043
Date Icon 15/01/2009

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ta bidu għal-konsultazzjoni pubblika mifruxa fuq perijodu ta’ 8 ġimgħat dwar l-istrateġija nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra hekk kif preżentat mill-Kumitat ta’ Esperti appuntat mil-Gvern f’Ġunju li għadda. Fid-diskors tiegħu l-Ministru Pullicino saħaq li Malta dejjem qieset il-bidla fil-klima bħala tema importanti u ħadet l-inizjattiva biex jingħata għarfien internazzjonali għal din il-problema tant li fl-1988 kienet Malta li poġġiet din it-tema għall-attenzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.  Nistgħu ngħidu li dan kien il-bidu ta’ proċess li aktar ma’ għaddew is-snin aktar sar wieħed ta’ priorita’ għall-komunita’ internazzjonali.  

Il-Ministru Pullicino sellem lil żewg persunaġġi Maltin li għenu biex din it-tema tibda tingħata l-importanza tagħha.  L-ewwel il-Prof. David Attard, il-persuna li sawwar il-bażi tal-proposta kif ukoll Michael Zammit Cutajar li kien is-Segretarju Ezekuttiv tal-UNFCCC (UN Framework Convention on Climate Change) li taħtu ġie stabbilit il-Protokoll ta’ Kyoto, u li llum huwa l-ambaxxatur Malti għat-tibdil fil-klima.

Il-Ministru Pullicino qal ligħalkemm pajjiżna huwa żgħir u għaldaqstant l-effett tal-emissjonijiet ta’ pajjiżna fuq il-bdil fil-klima mondjali meta komparat ma’ ta’ pajjiżi oħra huwa minimu, xorta rridu nagħmlu l-almu tagħna sabiex nippruvaw kemm jista’ jkun innaqqsu l-emissjonijiet u nżidu l-produzzjoni ta’ enerġija nadifa. Il-Ministru Pullicino fakkar li f’pajjiżna bejn l-1990 u l-2005 id-domanda għall-użu tal-enerġija elettrika irduppjat bir-riżultat li l-emissjonijiet mill-industrija ta’ l-enerġija, jiġifieri miż-żewġ impjanti li jiġġeneraw l-enerġija elettrika, żdiedu minn 1.4 miljun tunnellata tal-gas CO2 għal żewġ miljun tunnellata ta’ gass fl-2006. Fit-trasport ukoll seħħet żieda sostanzjali fl-emissjonijiet mill-karozzi. L-emissjonijiet mill-1990 żdiedu b’aktar minn 50% sa’ l-2006. Fl-2006, 16% tal-emissjonijiet kollha kienu kkawzati mill-karozzi.
Il-MinistruPullicino fakkar fl-obbligi li Malta stess rabtet lilha magħhom għax pajjiżna bħala Membru tal-Unjoni Ewropea kien ko-parteċipi fid-deċiżjonijiet li l-Unjoni Ewropea ħadet. Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea hija obbligata tirraporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq il-miri stabbiliti. Dawn it-tlett miri jinkludu li sal-2020 irridu nnaqqsu l-livell ta’ CO2 b’20% mill-livell li kellna fl-1990. Dan ifisser ‘tnaqqis ta’ ‘l fuq minn 50% tal-livelli ta’ CO2 li ghandna llum mis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u fis-settur tal-avjazzjoni.  Għal dan il-għan, l-UE wetqet dak li jissejjaħ  Emission Trading Scheme.  B’din l-iskema jekk Malta ma tibdiex tniżżel il-volum ta’ CO2 taħt dak allokat lilha mill-Ewropa, Malta ma jkollhiex triq oħra ħlief li tixtri dawk li jissejħu CO2 credits biex tagħmel tajjeb għal fatt li qed tħammeġ aktar. Apparti li jkollna nhallsu anke multi kbar. Il-Ministru Pullicino qal li dan huwa eżempju ċar tal-prinċipju tal-polluter pays fil-prattika.
It-tienitarget li Malta ghanda huwa dak li sal-2020, 10% tal-energija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa, billi nużaw teknoloġiji ta’ enerġija alternattiva mix-xemx jew mir-riħ.
Il-MinistruPullicino tenna li hawn ukoll jekk Malta ma jirnexxilhiex tilħaq din il-mira Malta jkollha tħallas multa sostanzjali kull sena.
It-tielettarget jirrigwarda s-setturi bħat-trasport, agrikultura, skart u oħrajn li ma jaqawx taħt l-iskemi li diga’ semmejt.  F’dan il-każ l-Ewropa poġġiet t-target li f’dawn l-oqsma l-Membri jridu jikkapjaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet sal-2020 għal mhux iktar minn 5% tal-livelli stabbiliti fl-2005.  Hawn ukoll Malta jkollha tħallas multa sostanzjali għal kull CO2 li ma tkunx laħqet bil-possibilita ta’ sanzjonijiet oħra.
Il-Ministru Pullicino sostna li kien propjugħalhekk li f’Gunju li għadda għażel li jwaqqaf Kumitat ta’ esperti sabiex ifassal strateġija ta’ kif Malta tista’ tnaqqas b’mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Issa l-Kumitat ippreżenta din l-istrateġija li tikkonsisti minn 87 rakkomandazzjoni li fost oħrajn jirrakomandaw investiment qawwi fis-sistema ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku u investimenti għat-trattament tal-iskart.

L-ewwel rakkomdazzjoni mis-87 li dan il-kumitat qiegħed jirrakomanda taqra li ”ir-rapport jiġi ppublikat biex jistimula diskussjoni nazzjonali”. Il-Ministru Pullicino saħaq li l-Gvern b’mod responsabbli u serju qiegħed jippublika dan ir-rapport u li issa jinsab miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika. Dan ir-rapport jista’ jinkiseb mis-sit eletroniku www.climatechange.gov.mt.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil kull min serva f’dan il-kumitat sabiex pajjiżna jkun jista’ jaqbad id-direzzjoni t-tajba sabiex ikollna strateġija nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis tal-emissjoniet tal-gassijiet serra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow