STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
PR0042
15/01/2009
Il-Ġimgħa ġurnata skola normali
| Il-Kunsill tal-Malta Union of Teachers | ikkonferma d-direttiva li ta lill-supply teachers kindergarten assistants, supply learning support assistants, lill-kindergarten assistants regolari u lill-Learning Support Assistants li għandhom Ċertifikat fl-Edukazzjoni Inklussiva biex għada l-Ġimgħa 16 ta’ Jannar jidħlu għax-xogħol sagħtejn tard wara l-ftuħ normali tal-iskejjel. Dan minkejja laqgħa informali ta’ ħames siegħat li saret nhar l-Erbgħa li għadda u li l-MUT stess iddeskriviet bħala laqgħa “pożittiva”. Laqgħa oħra hi ppjanata għal nhar it-Tlieta li ġej. |
| L-awtoritajiet edukattivi jixtiequ jinfurmaw | lill-ġenituri li għada hi ġurnata normali tal-iskola u t-tfal għandhom jintbagħtu l-iskola bħas-soltu. Il-Kapijiet tal-Iskejjel u l-Assistenti tagħhom kif ukoll l-għalliema regolari għandhom jassiguraw li l-lezzjonijiet isiru b’mod regolari. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984