Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

PR0042
Date Icon 15/01/2009

Il-Ġimgħa ġurnata skola normali

Il-Kunsill tal-Malta Union of Teachersikkonferma d-direttiva li ta lill-supply teachers kindergarten assistants, supply learning support assistants, lill-kindergarten assistants regolari u lill-Learning Support Assistants li għandhom Ċertifikat fl-Edukazzjoni Inklussiva biex għada l-Ġimgħa 16 ta’ Jannar jidħlu għax-xogħol sagħtejn tard wara l-ftuħ normali tal-iskejjel.  Dan minkejja laqgħa informali ta’ ħames siegħat li saret nhar l-Erbgħa li għadda u li l-MUT stess iddeskriviet bħala laqgħa “pożittiva”.  Laqgħa oħra hi ppjanata għal nhar it-Tlieta li ġej.
L-awtoritajiet edukattivi jixtiequ jinfurmawlill-ġenituri li għada hi ġurnata normali tal-iskola u t-tfal għandhom jintbagħtu l-iskola bħas-soltu.  Il-Kapijiet tal-Iskejjel u l-Assistenti tagħhom kif ukoll l-għalliema regolari għandhom jassiguraw li l-lezzjonijiet isiru b’mod regolari.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow