IL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT JIDDISKUTI L-PERSUNI B’DIŻABILITÀ U L-FAMILJA F’MALTA
| Id-diskussjoni tal-Kumitat Permanenti dwar | l-Affarijiet Soċjali fuq il-familja kompliet fuq il-persuni b’diżabilità u l-familja f’Malta. Il-kelliema ewlenin kienu s-Sur Joe Camilleri, Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’, is-Sur Joseph Stafrace, is-Sur Alfred Bezzina u s-Sinj Tessa Anastasi, mill-istess Kummissjoni. |
| Is-Sur Camilleri tkellem kif illum il-persuni | b’diżabilità u l-familji tagħhom qed jiffaċjaw realtajiet differenti minn dawk ta’ għoxrin sena ilu. Teżisti ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ b’diżabilità li ħadu l-edukazzjoni tagħhom fil-mainstream, ma’ sħabhom bla diżabilità. Dan seħħ permezz ta’ politika nazzjonali ta’ edukazzjoni inklussiva li ġiet implimentata fl-1994. Dawn iż-żgħażagħ b’diżabilità għandhom l-istess aspirazzjonijiet bħal kulħadd, inkluż dik li jkomplu jistudjaw, jagħmlu l-għażliet liberi tagħhom, isibu impjieg siewi u li jkollhom relazzjoni adulta li forsi twassal anki għall-familja tagħhom stess. |
| Is-Sur Camilleri spjega li l-kunċett ta’ familja | u persuni b’diżabilità trid tinqasam fi tnejn. Min-naħa, familji fejn il-persuna b’diżabilità hija membru, u l-membri l-oħra jagħtu s-sapport ewlieni lill-persuna b’diżabilità (family-carers) u min-naħa l-oħra, jeżisti numru żgħir, imma dejjem jikber, ta’ familji fejn persuna, jew persuni, b’diżabilità huma l-kapijiet tal-familja huma stess. Dan ifisser li persuni b’diżabilitajiet qed jibnu l-familji tagħhom stess u dan huwa konformi ma’ artiklu 23 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Malta qiegħda fil-proċess li tirratifika din il-Konvenzjoni. |
| Din | ir-realtà tirrikjedi servizzi moderni u aġġornati, b’attenzjoni lejn il-bżonn tal-individwu, u s-sapport fil-komunità. Is-servizzi tal-Aġenzija Sapport ġew diskussi bħala mudell tajjeb u ta’ min jinvesti aktar fihom. Ġie nnutat ukoll li s-sustenn lill-persuni b’diżabilità ma għadux isir biss mill-ġenituri u jew membri tal-familja, iżda minn għaqdiet volontarji jew inkella bi ħlas, saħansitra anki minn impjegati barranin. |
| Il-laqgħa ffukat ukoll fuq il-mudell soċjali | tad-diżabilità; li filwaqt li jagħraf in-nuqqasijiet bioloġiċi bħala limitazzjoni, jitfa’ dawl fuq l-ostakoli soċjali li jikkawżaw l-akbar żvantaġġi u diżabilità lill-persuni b’diżabilità. In-nuqqas ta’ aċċess fiżiku, nuqqas ta’ aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, il-mod kif nitkellmu u kull forma ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta huma fost l-akbar fatturi li jikkawżaw dawn l-ostakoli soċjali. |
| Il-Membri Parlamentari, flimkien mal-mistednin, | qablu li l-persuni b’diżabilità jħossu l-bżonnijiet u problemi bħal sħabhom bla diżabilità u allura: |
· Il-bżonn ta’ servizzi u mezzi ta’ trasport addattati
· Il-bżonn li s-servizzi mediċi, bħaċ-Child Development Assessment Unit, joffru aktar servizzi ħolistiċi u li jagħtu każ il-persuna u mhux il-kundizzjoni medika
· Il-bżonn ta’ servizzi ta’ pariri u xiri ta’ apparat assistiv,
· Il-bżonn ta’ assistenza finanzjarja mill-Istat (pensjoni b’diżabilità) li ma tkunx ibbażata skont il-kundizzjoni medika imma skont il-bżonn,
· Il-bżonn ta’ housing u aktar servizzi ta’ assistenza personali fil-komunità, u
· Il-bżonn ta’ aktar xogħol għall-persuni b’diżabilità.
| Madanakollu, is-Sur Bezzina qal li l-Kummissjoni | Nazzjonali Persuni b’Diżabilità diġa’ tgħin f’assistenza finanzjarja għal xiri ta’ apparat li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità, bħal software tal-kompjuter u l-mobile li jitkellmu. Dawn iqumu madwar 300 Euro u 200 Euro rispettivament. F’dan l-istadju, il-Membri tal-Kumitat innotaw bi pjaċir l-introduzzjoni tal-klieb gwida għall-persuni neqsin mid-dawl. Is-Sur Stafrace qal li hemm bżonn ta’ aktar għarfien minħabba l-ispejjeż marbutin ma’ dawn il-klieb. Infatti sabiex dawn il-klieb ikunu mgħallmin, il-prezz tagħhom jista’ jitla għal 10,000 Euro, eskluż l-ispiża tal-manteniment tal-kelb. |
| Il-Membri | Parlamentari għamlu numru ta’ mistoqsijiet lill-mistiedna preżenti. Il-mistiedna ħadu nota ta’ dawn il-mistoqsijiet u kien hemm qbil sabiex issir laqgħa oħra fejn ikunu mistiedna uffiċjali minn Ministeri differenti. B’hekk jintefa’ aktar dawl fuq dawn ir-realtijiet ġodda, tinħoloq komunikazzjoni aħjar u tittieħed azzjoni fejn ikun hemm bżonn. Il-mistoqsijiet tal-Membri kienu dwar min qed jieħu ħsieb l-interessi ta’ tfal b’diżabilità, meta l-ġenituri tagħhom ikunu qed jisseparaw jew jiġu neqsin; l-introduzzjoni ta’ Guardianship Act, is-simplifikazzjoni tal-liġi tat-Trust; tħassib fuq kif ser jinħoloq aktar xogħol għal persuni b’diżabilità intellettwali; il-ħolqien ta’ koperattivi u sheltered employment, aktar tagħrif fuq l-Independent Living Centre u l-facilitators fl-iskejjel. |
| Il-laqgħa | kienet immexxija minn l-Onor Edwin Vassallo u preżenti għal-laqgħa kien hemm l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Stephen Spiteri. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984