Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0039
Date Icon 15/01/2009
Sodisfazzjon li L-ATP qedtorganizza ruħha għall-kompetizzjoni fis-Settur tat-Trasport Pubbliku
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jinnota b’sodisfazzjon li l-ATP qed torganizza lilha nnifisha biex tikkompeti għall-kuntratt ta’ servizz ta’ trasport pubbliku. Dan joħroġ minn korrispondenza li ppubblikat illum l-ATP bejnha u fornitur barrani ta’ vetturi tal-karozzi tal-linja. Joħroġ ukoll minn informazzjoni li għandu l-Ministeru li l-ATP qed tinnegozja ma’ diversi investituri Maltin u kumpaniji tat-trasport internazzjonali biex tidħol bħala sieħba f’konsorzja li jagħmlu offerti għal dan is-servizz. Dan hu żvilupp pożittiv li l-Ministeru jilqa’ b’sodisfazzjon.
Intant il-Ministeru ma jifhimxx’kien l-iskop tal-pubblikazzjoni ta’ din il-korrispondenza taħt titlu li kien jgħid li l-ATP għandha xi “konferma” li l-Ministru Gatt ma jafx bir-riforma fit-Trasport.
Il-Ministeru kien ippubblikal-korrispondenza li saret miegħu preżumibilment fl-interess ta’ l-istess Belġjani li qed tirreferi għalihom l-ATP. L-Ambaxxata Belġjana talbet li ssir laqgħa bejn l-Ambaxxatur Belġjan u l-Ministru Austin Gatt biex tiddiskuti dak li kien mingħaliha li kien tender biex il-Gvern jixtri 300 mitt karozza tal-linja.
Il-Ministeru wieġebli l-Ministru ma jiltaqax ma’ nies (lanqas m’ambaxxaturi) biex jiddiskuti t-tenders tal-Gvern u li fuq kollox – kif inhu pubblikament magħruf – il-Gvern m’hux qed iħejji biex joħroġ tender biex jixtri 300 mitt karozza tal-linja.
Il-Gvern ma jikkuntrattaxservizzi u kuntratti ta’ xiri pubbliku f’laqgħat ma’ Ministri. L-Ambaxxata Belġjana, bħal kull ambaxxata Ewropea oħra, taf li l-liġijiet tax-xiri pubbliku Maltin huma l-istess bħal-liġijiet tax-xiri pubbliku fl-Unjoni Ewropea kollha u l-Ministri ma jidħlu mkien fid-deċiżjoni ta’ liem kuntrattur għandu jintgħażel fi proċess ta’ tender.
L-informazzjoni li hi pubblikadwar l-intenzjonijiet tal-Gvern tidher fil-pubblikazzjoni u l-istqarrijiet uffiċjali tal-Gvern u meta d-Dipartiment tal-Kuntratti jibda l-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-proċeduri ta’ kif min irid jagħmel offerta jikseb l-informazzjoni huma stabbiliti fil-liġi u ċertament jeskludu l-possibilità li xi ħadd jiltaqa’ mal-Ministru biex jinnegozja miegħu jew jitolbu l-informazzjoni.
Il-korrispondenza li ppubblikatillum l-ATP ma tikkonfermax dak li mingħaliha l-ATP li tikkonferma dwar jekk il-Ministru Gatt jafx dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku.
Il-Ministeru jittama li l-istessstqarrija ta’ l-ATP ma tikkonfermax li l-ATP m’għandhiex imqar ħjiel t’imġieba korretta minn ażjendi li qed iħejju rwieħhom biex jidħlu għal offerta ta’ kuntratt mal-Gvern fi proċess kompetittiv.
Il-Ministeru jfakkar likwalunkwe skorrettezza fil-proċess kompetittiv meta dan jibda tiskatta l-penalitajiet u r-riskju ta’ skwalifika stabbiliti fil-liġi għal min jaġixxi b’mod skorrett, ikun min ikun.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow