STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0039
15/01/2009
| Sodisfazzjon li L-ATP qed | torganizza ruħha għall-kompetizzjoni fis-Settur tat-Trasport Pubbliku |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jinnota b’sodisfazzjon li l-ATP qed torganizza lilha nnifisha biex tikkompeti għall-kuntratt ta’ servizz ta’ trasport pubbliku. Dan joħroġ minn korrispondenza li ppubblikat illum l-ATP bejnha u fornitur barrani ta’ vetturi tal-karozzi tal-linja. Joħroġ ukoll minn informazzjoni li għandu l-Ministeru li l-ATP qed tinnegozja ma’ diversi investituri Maltin u kumpaniji tat-trasport internazzjonali biex tidħol bħala sieħba f’konsorzja li jagħmlu offerti għal dan is-servizz. Dan hu żvilupp pożittiv li l-Ministeru jilqa’ b’sodisfazzjon. |
| Intant il-Ministeru ma jifhimx | x’kien l-iskop tal-pubblikazzjoni ta’ din il-korrispondenza taħt titlu li kien jgħid li l-ATP għandha xi “konferma” li l-Ministru Gatt ma jafx bir-riforma fit-Trasport. |
| Il-Ministeru kien ippubblika | l-korrispondenza li saret miegħu preżumibilment fl-interess ta’ l-istess Belġjani li qed tirreferi għalihom l-ATP. L-Ambaxxata Belġjana talbet li ssir laqgħa bejn l-Ambaxxatur Belġjan u l-Ministru Austin Gatt biex tiddiskuti dak li kien mingħaliha li kien tender biex il-Gvern jixtri 300 mitt karozza tal-linja. |
| Il-Ministeru wieġeb | li l-Ministru ma jiltaqax ma’ nies (lanqas m’ambaxxaturi) biex jiddiskuti t-tenders tal-Gvern u li fuq kollox – kif inhu pubblikament magħruf – il-Gvern m’hux qed iħejji biex joħroġ tender biex jixtri 300 mitt karozza tal-linja. |
| Il-Gvern ma jikkuntrattax | servizzi u kuntratti ta’ xiri pubbliku f’laqgħat ma’ Ministri. L-Ambaxxata Belġjana, bħal kull ambaxxata Ewropea oħra, taf li l-liġijiet tax-xiri pubbliku Maltin huma l-istess bħal-liġijiet tax-xiri pubbliku fl-Unjoni Ewropea kollha u l-Ministri ma jidħlu mkien fid-deċiżjoni ta’ liem kuntrattur għandu jintgħażel fi proċess ta’ tender. |
| L-informazzjoni li hi pubblika | dwar l-intenzjonijiet tal-Gvern tidher fil-pubblikazzjoni u l-istqarrijiet uffiċjali tal-Gvern u meta d-Dipartiment tal-Kuntratti jibda l-proċess tas-sejħa għall-offerti, il-proċeduri ta’ kif min irid jagħmel offerta jikseb l-informazzjoni huma stabbiliti fil-liġi u ċertament jeskludu l-possibilità li xi ħadd jiltaqa’ mal-Ministru biex jinnegozja miegħu jew jitolbu l-informazzjoni. |
| Il-korrispondenza li ppubblikat | illum l-ATP ma tikkonfermax dak li mingħaliha l-ATP li tikkonferma dwar jekk il-Ministru Gatt jafx dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku. |
| Il-Ministeru jittama li l-istess | stqarrija ta’ l-ATP ma tikkonfermax li l-ATP m’għandhiex imqar ħjiel t’imġieba korretta minn ażjendi li qed iħejju rwieħhom biex jidħlu għal offerta ta’ kuntratt mal-Gvern fi proċess kompetittiv. |
| Il-Ministeru jfakkar li | kwalunkwe skorrettezza fil-proċess kompetittiv meta dan jibda tiskatta l-penalitajiet u r-riskju ta’ skwalifika stabbiliti fil-liġi għal min jaġixxi b’mod skorrett, ikun min ikun. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984