INVESTIMENT QAWWI F’MALTA: SMARTCITY DUBAI ISSAĦĦAĦ IL-BAŻI KAPITALI TA’ SMARTCITY (MALTA) LTD.
PR0032
13/01/2009
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jesprimi sodisfazzjon għad-deċiżjoni ta’ SmartCity Dubai li flok tislef lil SmartCity Malta il-flus meħtieġa biex tinbena SmartCity f’Rikażli, tikkapitalizza l-kumpanija f’Malta b’€31 miljun. |
| Din id-deċiżjoni tfisser li | SmartCity (Malta) Ltd illum hi kumpanija b’bażi kapitali b’saħħitha ħafna anke qabel bdiet l-attività kummerċjali tagħha. |
| Apparti minhekk, kif kien | miftiehem mal-Gvern meta kien konkluż il-ftehim dwar l-investiment ta’ SmartCity Malta, l-ishma tal-Gvern fi SmartCity (Malta) żdiedu biex il-Gvern jibqa’ jżomm 9% tal-ishma f’din il-kumpanija. L-ishma miżjuda tal-Gvern tħallsu minn SmartCity Dubai. |
| Id-deċiżjoni ta’ SmartCity | Dubai li tqawwi il-bażi kapitali tal-kumpanija li qed tmexxi l-investiment tagħha f’Malta hu konferma tal-fiduċja tal-investituri fil-proġett f’Malta. |
| Id-deċiżjoni taż-żieda | qawwija fil-bażi kapitali tal-kumpanija hu speċjalment sinifikanti fi żmien diffiċli ħafna fl-ekonomija dinjija fejn ħafna investituri qed joqgħodu lura minn riskji u investimenti u saħansitra spiss inaqqsu jew jirtiraw impenji t’investiment li kienu għamlu fi żmien meta l-ekonomija dinjija kienet għada ma bdietx dieħla f’riċessjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt | irringrazzja lill-investituri ta’ SmartCity Dubai għad-deċiżjoni tagħhom li jsaħħu tant lill-kumpanija li għandhom mal-Gvern f’Malta u li jtuha bażi ferm aktar soda biex tagħmel offerta kredibbli lill-investituri internazzjonali li SmartCity trid tattira lejn Malta. |
| “Dan hu sinjal importanti | ħafna lill-kommunità t’investiment dinji. Waqt li pajjiżi oħra qed ibatu minn riċessjoni ekonomika, Malta għandha prospetti kredibbli ta’ tkabbir ekonomiku u għanda sieħba internazzjonali li jemmnu fil-prospetti ta’ Malta u qed jinvestu b’mod qawwi fil-futur tagħha. |
| “M’hemmx dubju li Malta m’hix | maqtugħa mir-realtajiet ekonomiċi dinjin u m’hemmx dubju li dan m’hux żmien tal-bnazzi għall-ekonomija tagħna. Iżda meta f’dan iż-żmien, nerġgħu nikkonfermaw bil-fatti il-prospetti eċċellenti ta’ pajjiżna u l-fiduċja ta’ min jinvesti hawn f’dak li kapaċi jagħmlu l-ħaddiema Maltin, ikollna raġun nimtlew bil-kuraġġ u nħejju rwieħna għal żminijiet ekonomiċi aħjar”. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984