Left arrow Go Back

INVESTIMENT QAWWI F’MALTA: SMARTCITY DUBAI ISSAĦĦAĦ IL-BAŻI KAPITALI TA’ SMARTCITY (MALTA) LTD.

PR0032
Date Icon 13/01/2009
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jesprimi sodisfazzjon għad-deċiżjoni ta’ SmartCity Dubai li flok tislef lil SmartCity Malta il-flus meħtieġa biex tinbena SmartCity f’Rikażli, tikkapitalizza l-kumpanija f’Malta b’€31 miljun.
Din id-deċiżjoni tfisser liSmartCity (Malta) Ltd illum hi kumpanija b’bażi kapitali b’saħħitha ħafna anke qabel bdiet l-attività kummerċjali tagħha.
Apparti minhekk, kif kienmiftiehem mal-Gvern meta kien konkluż il-ftehim dwar l-investiment ta’ SmartCity Malta, l-ishma tal-Gvern fi SmartCity (Malta) żdiedu biex il-Gvern jibqa’ jżomm 9% tal-ishma f’din il-kumpanija. L-ishma miżjuda tal-Gvern tħallsu minn SmartCity Dubai.
Id-deċiżjoni ta’ SmartCityDubai li tqawwi il-bażi kapitali tal-kumpanija li qed tmexxi l-investiment tagħha f’Malta hu konferma tal-fiduċja tal-investituri fil-proġett f’Malta.
Id-deċiżjoni taż-żiedaqawwija fil-bażi kapitali tal-kumpanija hu speċjalment sinifikanti fi żmien diffiċli ħafna fl-ekonomija dinjija fejn ħafna investituri qed joqgħodu lura minn riskji u investimenti u saħansitra spiss inaqqsu jew jirtiraw impenji t’investiment li kienu għamlu fi żmien meta l-ekonomija dinjija kienet għada ma bdietx dieħla f’riċessjoni.
Il-Ministru Austin Gattirringrazzja lill-investituri ta’ SmartCity Dubai għad-deċiżjoni tagħhom li jsaħħu tant lill-kumpanija li għandhom mal-Gvern f’Malta u li jtuha bażi ferm aktar soda biex tagħmel offerta kredibbli lill-investituri internazzjonali li SmartCity trid tattira lejn Malta.
“Dan hu sinjal importantiħafna lill-kommunità t’investiment dinji. Waqt li pajjiżi oħra qed ibatu minn riċessjoni ekonomika, Malta għandha prospetti kredibbli ta’ tkabbir ekonomiku u għanda sieħba internazzjonali li jemmnu fil-prospetti ta’ Malta u qed jinvestu b’mod qawwi fil-futur tagħha.
“M’hemmx dubju li Malta m’hixmaqtugħa mir-realtajiet ekonomiċi dinjin u m’hemmx dubju li dan m’hux żmien tal-bnazzi għall-ekonomija tagħna. Iżda meta f’dan iż-żmien, nerġgħu nikkonfermaw bil-fatti il-prospetti eċċellenti ta’ pajjiżna u l-fiduċja ta’ min jinvesti hawn f’dak li kapaċi jagħmlu l-ħaddiema Maltin, ikollna raġun nimtlew bil-kuraġġ u nħejju rwieħna għal żminijiet ekonomiċi aħjar”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow