IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI IŻUR DUBAI U ABU DHABI
PR0031
13/01/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubblici | u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi kellu laqgħa f’Dubai mal-E.T. Sultan Butti Bin Mejren, General Manager tad-Dipartiment tal-Artijiet fi ħdan id-Dipartiment għall-Iżvilupp Ekonomiku, u ma' uffiċjali oħra. |
| Waqt din | il-laqgħa ġiet diskussa l-possibilta' ta' ftehim ta' koperazzjoni għal bdil ta' informazzjoni u taħriġ fuq livell tekniku f'dik li hija sistema ta' Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni (IT) għall-immanġġjar tal-artijiet u Estate Management. |
| Wara Dubai, | is-Segretarju Parlamentari ser imur Abu Dhabi biex jieħu sehem fil-World Summit - Future Capitals. |
| Jakkumpanjaw lis-Segretarju Parlamentari kien | hemm il-Kap tas-Segretarjat, is-Sur Lino Mintoff u l-Konslu għal Malta f'Dubai, is-Sur Anthony Tabone |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984