Press Releases IL-GOZO CHANNEL TIĊĊELEBRA IT-30 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAGĦhA
PR0028
12/01/2009
| Il-bieraħ, | il-Ħadd 11 ta’ Jannar, il-Kumpanija Gozo Channel iċċelebrat it-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażżjoni ġew organizzati diversi attivitajiet fosthom li l-passiġieri setgħu jaqsmu mingħajr ħlas. Dan kellu respons tajjeb meta kważi 13,000 passiġġier qasmu l-fliegu. |
| Is-sena | l-oħra, il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2008, kienu qasmu bejn il-gżejjer 7,724 passiġġier. B’hekk din is-sena kien hemm żieda ta’ 77% fin-numru ta’ passiġġier li qasmu bejn il-gżejjer. |
| Dan | ir-riżultat kien rifless anke fid-differenza fin-numru ta’ vetturi fejn il-bieraħ qasmu bejn il-gżejjer 3,212-il vettura, meta mqabbla ma’ 2,291 is-sena li għaddiet. |
| F’din | l-okkażjoni kien hemm ukoll programm ta’ divertiment kontinwu fuq il-vapur tal-kumpanija. Il-passiġġieri kellhom ukoll l-opportunità jduru mal-vapur Ta’ Pinu, fejn fost l-oħrajn ingħataw aċċess għall-bridge kif ukoll għall-engine room ta’ l-istess vapur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984