Approvata l-Ħatra ta’ mĦallef Ġdid
PR0027
12/01/2009
| Il-Kabinett tal-Ministri dal-għodu | approva n-nomina tal-Avukat Joseph Zammit McKeon bħala Imħallef tal-Qrati ta’ Malta. |
| L-Avukat Zammit | McKeon twieled fid-19 ta’ Marzu 1956 fil-Furjana. Huwa ggradwa bħala avukat mill-Universita’ ta’ Malta fl-1982 u okkupa l-kariga ta’ President tal-Kummissjoni dwar is-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol bejn 1994 u l-2001. |
| Huwa ha sehem | f’diversi konferenzi internazzjonali dwar dan il-qasam fil-waqt li f’Malta indirizza seminars u konferenzi dwar aspetti partikolari relatati mal-liġi dwar is-saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. |
| Fl-2001 huwa | inħatar Chairman tal-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. |
| Fil-preżent huwa | Lecturer fil-Liġi dwar is-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol fil-Fakolta’ tal-Liġi tal-Universita’ ta’ Malta u fiċ-Ċentru tal-Istudji tax-xogħol tal-Universita’ ta’ Malta. |
| Huwa miżżewweġ | lil Mary Anne nee’ Attard u għandu tlett itfal - Alessia, Andrew u Angele’. |
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici feraħ lil Dr. Zammit McKeon għal din il-ħatra.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984