Left arrow Mur Lura

Xogħol ta’ restawr fil-Fortizza ta’ Sant’Antin fil-Qala

PR0024
Date Icon 12/01/2009
Waqt żjara li għamel fuq xogħlijiet ta’ restawrli qed isiru fil-Fortizza ta’ Sant’Antnin mill-Kunsill Lokali tal-Qala f’Għawdex u ‘Din l-Art Ħelwa’, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said faħħar din l-inizjattiva sabiex wirt storiku li kien ilu fi stat ta’ abbandun u minsi, issa qed jerġa jinġieb għall-istat li kien.
Chris Said qal li l-Kunsilli Lokali kollhaf’Malta u Għawdex għandhom jieħdu din l-inizjattiva bħala eżempju ta’ kif il-Kunsilli Lokali għandhom jaħdmu biex jippreservaw il-wirt storiku tal-lokalita’ tagħhom. Il-Kunsill Lokali tal-Qala ħadem bis-sħiħ biex din il-Fortizza tiġi mgħoddija lilu u eventwalment ta bidu għall-proġett ta’ restawr fuq dik li hija magħrufa wkoll bħala ‘it-Trunċiera’.  Dan il-progett se jkabbar kemm il-potenzjal tal-lokalita’ tal-Qala u kif ukoll il-patrimonju storiku ta’ Għawdex.
Chris Said faħħar ix-xogħol ta’ restawr li kienafdat f’idejn esperti ta’ ‘Din l-Art Ħelwa’, taħt id-direzzjoni tal-Perit tal-Kunsilli Lokali Edward Scerri.  Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li f’dan is-sit qed titwettaq biċċa xogħol kbira, speċjalment meta wieħed jiftakar l-istat mitluq li kienet tinsab fih din il-Fortizza.
Il-Kunsill Lokali tal-Qala ibbenefika minn71,000 ewro minn għajnuna li ngħatat mill-MEPA, ‘Din l-Art Ħelwa’ u l-HSBC.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow