DISKORS TAL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT TONIO FENECH FL-OKKAŻJONI TAT-30 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-GOZO CHANNEL - Il-Ħadd 11 ta’ Jannar 2009
PR0023
11/01/2009
| Chairman, | Diretturi, Sinjuri, |
| Nagħtikom merħba għal din l-okkażjoni tal-lum, | fejn inġbarna hawn biex infakkru t-tletin anniversarju tal-kumpanija Gozo Channel. |
| Il-mezzi ta’ trasport fil-kuntest tal-gżejjer | Maltin jassumu importanza akbar b’konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ġeografika insulari tal-gżejjer tagħna. Għal dawn it-tletin sena, il-Gozo Channel serviet ta’ kollegament vitali għall-ħajja Għawdxija. Illum, tfisser ħafna aktar minn hekk. |
| Illum passiġġieri u vetturi jaqsmu bejn | il-gżejjer għal btajjel u negozju matul is-sena kollha. Il-Karnival, l-Għid, is-Sajf, il-Milied kif ukoll regolarment fi tmiem il-ġimgħa jipprovdu l-opportunità biex eluf jaqsmu l-fliegu, b’benefiċċju tan-negozju, l-impjiegi u l-familji Maltin u Għawdxin. |
| L-objettiv ewlieni tal-kumpanija jibqa’ dak li | tipprovdi servizz ekonomiku, effiċjenti, affidabbli u sigur lejn Għawdex. Dan isir bl-osservazzjoni ta’ tliet elementi prinċipali: |
1. Is-sigurtà, il-kwalità u l-ħarsien ambjentali
2. Id-disponibbiltà ta’ prezzijiet kompetittivi filwaqt li jkun imħares l-obbligu soċjali tal-kumpanija
3. Rispett totali għall-konsumatur
Hija l-osservazzjoni kostanti ta’ dawn it-tliet elementi li sena wara sena rat lil din il-kumpanija Maltija tibqa’ ġġib riżultati pożittivi mil-lat ta’ passiġġieri u vetturi li tkun ġarret.
Sinjuri,
| Se nagħti ħarsa qasira lejn l-istorja biex | permezz tagħha nixħet dawl fuq il-progress kbir li għamlet il-kumpanija matul iż-żmiijiet. Tletin sena ilu, il-kumpanija bdiet topera r-rotta permezz tal-M/V Għawdex, l-M/V Melitaland u l-M/V Mġarr. Fl-ewwel snin ta’ tħaddim tagħha, dawn il-vapuri kienu jwettqu medja ta’ 8 vjaġġi kuljum. |
| Ftit wara l-għaxar anniversarju, il-kumpanija | żiedet żewġ vapuri filwaqt li introduċiet is-servizz ta’ Sa Maison, u l-medja ta’ vjaġġi telgħet għal 27 kuljum. Fl-1990, il-kumpanija ġarret 1.93 miljun passiġġier u 370,000 karozza. Iżda kien f’nofs is-Snin Disgħin li l-kumpanija wettqet qabża ta’ kwalità li ddefinieta bħala kumpanija moderna, li tħares ‘il quddiem, b’għarfien tar-realtajiet tas-suq. Filfatt, kienu kkummissjonati tliet vapuri bl-aqwa teknoloġija u aktar kumdità, li nbnew mill-Malta Ship Building. |
| Dawn huma l-MV ta’ Pinu, l-MV Gaudos u l-MV | Malita. Permezz ta’ dawn il-faċilitajiet, fl-2008 kellna rekord ta’ kważi 4 miljun passiġġier, aktar minn miljun vettura u prattikament 20,000 vjaġġ. Qed nitkellmu fuq aktar minn 50 vjaġġ kuljum. Għal sena oħra, il-kumpanija rreġistrat rekord fl-ammont ta’ passiġġieri u vetturi li ġarret kif ukoll fin-numru ta’ vjaġġi li wettqet. Dan huwa riżultat li verament huwa ta’ sodisfazzjon għall-kumpanija, għall-Gvern u fl-aħħar mill-aħħar għall-poplu Malti u Għawdxi li lejh din il-kumpanija hija responsabbli. |
| Dawn ir-riżultati ma ġewx b’kumbinazzjoni. Ma | ġewx biss għax il-Maltin u l-Għawdxin qed jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar u llum il-ġurnata saru aktar ta’ spiss japprofittaw mit-temp u l-imkejjen sbieħ ta’ pajjiżna biex iqattgħu ġurnata jew xi tmiem il-ġimgħa f’waħda mill-gżejjer. |
| Iżda sar ukoll grazzi għall-viżjoni tal-Gozo | Channel, li flimkien mal-Gvern identifikat dawk l-oqsma, dawk ix-xhur, dawk il-ġranet li fihom setgħet tattira aktar turiżmu bejn il-gżejjer. Fost dawn insemmi l-iskemi tax-xitwa, tal-anzjani u l-arranġamenti mas-settur kummerċjali Għawdxi li joffri skemi attraenti ta’ rifużjoni tal-biljetti għal vjaġġi partikolari. Dan huwa eżempju ċar ta’ kif il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat tista’ tħalli riżultati li jgawdi minnhom kulħadd. Innovazzjoni pjuttost riċenti kienet dik tal-introduzzjoni tas-servizz dirett bix-xarabank bejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u ċ-Ċirkewwa li qed tippermetti numru akbar ta’ turisti li jagħżlu lill-Għawdex bħala d-destinazzjoni ewlenija tagħhom. Fl-aħħarnett, l-iżvilupp tat-terminal ġdid tal-Mġarr, flimkiem mal-Awtorità Marittima Maltija, żgur li jgħin bejn il-vjaġġ bejn il-fliegu jkun esperjenza aktar pożittiva. |
| Naturalment, prinċipji, viżjoni, proġetti – | kollha huma kliem sbieħ iżda ma jistgħux jitwettqu fil-prattika mingħajr id-dedikazzjoni tar-riżorsi umani. |
| Għalhekk, nixtieq nieħu din l-opportunità biex | nirringrazzja lill-ħaddiema tal-Gozo Channel għall-impenn tagħhom lejn din il-kumpanija tul dawn is-snin. |
| L-2009 ser toffri sfidi ġodda għall-Gozo | Channel. Realtà fejn dak li kienet imdorrija tagħmel għal dawn l-aħħar 30 sena irid ukoll ikun miftuħ ghar-realtajiet tal-kompetizzjoni; u li jista jkun hemm xi hadd hemm barra li jista jagħti l-istess livell ta’ servizz jew aħjar b’anqas spejjeż u għalhekk bi ħtieġa anqas ta’ sussidji. |
| Fi ftit ġimgħat oħra, il-kumpanija trid titfa’ | offerta għall-hekk imsejħa public service obligation, u li għaliha ser ikunu jistgħu jikkompetu kumpaniji oħrajn. Dan ma jaqtalniex qalbna, u kien għalhekk li l-management nieda numru ta’ riformi interni biex iżidu l-effiċjenza tal-kumpanija u biex b’hekk din tkun tassew f’pożizzjoni li tikkompeti u tirbaħ id-dritt li tkompli tagħti s-servizz għall-gid tal-poplu Malti u Għawdxi. |
| Għaldaqstant, il-kontribut tal-management u | l-ħaddiema tal-kumpanija flimkien huwa kruċjali biex din tiżgura aktar effiċjenza u kwalità li jiggarantixxi li tkun proprju l-Gozo Channel li terġa’ tikseb id-drittijiet li tipprovdi dan is-servizz. |
| Fuq medda itwal ta’ żmien, inħares lejn l-2015, | u l-Viżjoni li l-Gvern għandu għal pajjiżna. Viżjoni 2015, fejn irridu nkunu ċentru ta’ eċċellenza f’sitt oqsma speċifiki, kif ukoll f’Għawdex. |
| Din il-kumpanija għandha rwol wiesa’ fil-kisba | ta’ dan l-objettiv importanti. B’mod immedjat, wieħed jista’ jaħseb fl-oqsma ta’ Għawdex u t-turiżmu bħala l-aktar żewġ setturi fejn ir-rwol tal-kumpanija se jkun kruċjali. |
| Iżda meta nħarsu tassew fil-fond dwar | il-bżonnijiet tas-setturi l-oħra, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u s-servizzi finanzjarji u l-manifattura ta’ valur miżjud għoli, nirrealizzaw li l-Gozo Channel ukoll se tkun ħolqa importanti fil-katina li trid twassal biex l-objettiv tal-2015 jintlaħaq. Biex l-edukazzjoni tkun tassew eċċellenti, l-istudent Għawdxi għandu jkollu mezzi effettivi biex jasal Malta jekk dan ikun meħtieġ. Biex kumpaniji tal-manifattura jagħżlu lil Għawdex, is-servizz ta’ trasport irid ikun tal-ogħla kwalità. Naċċertakom li dan kien punt importanti għal kumpanija, il-Bryvarc, li riċentement ħabbret li se tinvesti f’Għawdex f’fabbrika li tipproduċi l-credit cards u li se toħloq ammont sabiħ ta’ impjiegi għall-Għawdxin. |
Sinjuri,
| Nista’ nibqa’ għaddej b’dawn l-eżempji, iżda | konvint li l-Bord, il-management u l-ħaddiema tal-Gozo Channel huma konxji biżżejjed b’din ir-responsabbiltà. |
| Nagħlaq dan id-diskors b’kelma ta’ | inkoraġġiment: flimkien nistgħu nkomplu negħlbu l-isfidi. Din il-frażi nħoss li nista’ ngħida b’moħħi mistrieħ għaliex tul is-snin il-Gozo Channel dejjem kienet kapaċi tagħraf is-sinjali taż-żminijiet u sarrfet l-isfidi li kienu preżentati lilha f’opportunitajiet. Konvint li dan se jkun ukoll il-każ għat-tletin sena li ġejjin. |
Awguri u Grazzi lil kulħadd.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984