Risposta tal- Gvern ghal-konferenza ta’ l-ahbarijiet mill-Unions
PR0020
09/01/2009
| Ir-risposti tekniċi għandhom | jingħataw mill-awtorita’ regolatorja |
| Il-Gvern għamel proċess estensiv u intensiv | ta’ djalogu mal-unions u mal-korpi kostitwiti kemm fl-MCESD kif ukoll f’laqgħat barra mill-MCESD. |
| Il-Gvern ifakkar li fi tmiem żewġ laqgħat li | kienu saru mal-unions is-Sibt 22 ta’ Novembru kien intlaħaq ftehim mal-unions dwar ir-reviżjoni tat-tariffi. Dan il-ftehim ġie formalizzat b’ittra mibgħuta lill-unions fl-24 ta’ Novembru. |
| Xi unions talbu kjarifiċi tekniċi, | madanakollu qed jirrifjutaw li jiltaqgħu mar-regolatur, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Il-Gvern jappella lil unions li qed jitolbu kjarifiċi biex jiltaqgħu mal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. Ir-risposti tekniċi għandhom jingħataw mill-awtorita’ regolatorja. |
| Ma jagħmilx sens li xi unions qed jgħidu li | jridu risposti tekniċi u imbagħad jirrifjutaw li jiltaqagħu mar-regolatur biex jipprovdi r-risposti tekniċi. |
| Illum il-maġġoranza | tal-kontijiet igawdu mill-eko riduzzjoni li hi intiża biex aktar nies isiru konxji ta’ kif u kemm jikkunsmaw eneġrija u tgħin lill-familji li jużaw l-enerġija bil-qies u l-għaqal. |
| Minbarra l-eco reduction | scheme, il-Gvern qiegħed jgħin lill-familji l-aktar vulnerabbli permezz tal-benefiċċju ta’ l-enerġija. Dan il-benefiċċju jingħata fost l-oħrajn lil nies li jkunu jiddependu mill-għajnuna soċjali, nies qegħda u persuni b’diżabilita’. Il-unions li qed jirrifjutaw li jiddiskutu mar-regolatur, qed jinjoraw għal kollox dan il-benefiċċju soċjali li permezz tiegħu l-familji l-aktar fil-bżonn igawdu minn tnaqqis fil-kontijiet tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984