Left arrow Go Back

EŻERĊIZZJU TA’ simulazzjoni ta’ terrimot F’Sit f’Baħar iċ-Ċagħaq

PR0018
Date Icon 09/01/2009
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Maltallum kompla jsaħħaħ is-sħubija tiegħu ma’ entitajiet simili barranin permezz ta’ eżerċizzju ta’ simulazzjoni li fih qed jippartiċepaw numru ta’ esperti barranin mill-Organizzazzjoni ta’ Voluntiera tal-Protezzjoni Ċivili Germaniża (THW).
Waqt żjara qasira fis-sit tal-eżerċizzju f’Baħariċ-Ċagħaq, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici, saħaq fuq l-importanza ta’ attivitajiet simili peress li dawn jgħinu biex iżommu r-riżorsi kollha ta’ pajjiżna fl-istat ta’ tħejjija meħtieġ biex Malta tkun tista tiffaċċja emerġenzi simili.
“Dan l-eżerċizzju huwa wkoll importanti peressli qed iżid il-koordinazzjoni bejn ir-riżorsi ta’ protezzjoni ċivili tagħna u dawk ta’ pajjiżi oħra. Ta’ min jgħid li dan l-aħħar Malta saħħet il-kollaborazzjoni bilaterali fuq materji ta’ protezzjoni ċivili ma’ bosta pajjiżi, fosthom Spanja, il-Ġermanja u Franza u l-Italja. Fil-fatt aktar tard din is-sena id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ser ikun qed jagħmel eżerċizzju mad-Dipartiment Taljan,” qal il-Ministru.
Il-Ministru Mifsud Bonnici qal ukoll li fuqlivell Ewropew, Malta qed issostni fuq il-bżonn ta’ aktar koordinazzjoni fir-reġjun Mediterranju, peress li l-kalamitajiet naturali f’dan ir-reġjun huma differenti minn dawk li jolqtu r-reġjuni fit-tramuntana tal-kontinent. Pajjiżna għalhekk qed jisħaq fuq il-bżonn li jiġi identifikat pajjiż li jkun responabbli biex jikkordina r-rispons tal-entitajiet responsabbli mill-protezzjoni ċivili tar-reġjun Mediterranju.
Il-Ministru temm billi rringrazzjalill-uffiċjali u l-voluntiera kollha li pparteċipaw f’dan l-eżerċizzju. Huwa faħħar lill-membri ta’ SPIDER għad-dedikazzjoni li juru kontinwament, kemm bil-parteċipazzjoni tagħhom f’eżerċizzji bħal dawn, kif ukoll bis-sehem importanti li jagħtu ta’ kuljum fil-ħidma tad-Dipartiment.

Noti għall-Edituri:

·       Għal dan l-eżerċizzju ta’ simulazzjoni, dak li kien il-White Rocks Complex qed iservi bħala x-xenarju ta’ operazzjoni ta’ salvataġġ estensiva f’kumpless turistiku wara li Malta tkun intlaqtet minn terrimot ta’ qawwa 5.1 fuq l-iskala Richter.  

·       Fis-simulazzjoni, il-Korp ta’ Voluntiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (S.P.I.D.E.R) immexxi minn uffiċjali tad-Dipartiment u tim mediku żgħir intbagħtu fil-kumpless biex jagħmlu l-interventi meħtieġa b’tagħmir bażiku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow