CLICKAIR TIKKONFERMA LI SE TIBDA TOPERA MINN VALENCIA
PR0016
09/01/2009
| Wara li xi ġimgħat ilu, il-linja tal-ajru | Ryanair għalqet il-bażi tagħha f’Valencia fi Spanja, u b’konsegwenza t’hekk, waqfet it-titjiriet kollha tagħha minn dan l-ajruport, inklużi dawk lejn Malta, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, llum ħabbar li l-linja tal-ajru Spanjola Clickair ikkonfermat li se tkun qed topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Valencia bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena. |
| Dan kien | possibbli wara ħidma intensiva sabiex jinstab mod kif ikun indirizzat il-vojt li kien inħoloq fuq din ir-rotta. |
| Il-Gvern u l-Awtorità | tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) se jibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom sabiex ikomplu jtejbu l-aċċessibbiltà ta’ pajjiżna għat-turisti. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984