Left arrow Mur Lura

KUNĊERT MILL-ORKESTRA FILARMONIKA NAZZJONALI AD UNUR IL-PRESIDENT U S-SINJURA FENECH ADAMI

PR0015
Date Icon 09/01/2009
Il-Malta Community ChestFund qed torganizza kunċert ad unur il-President u s-Sinjura Fenech Adami li se jsir nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2009, fit-8 ta’ filgħaxija, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, bil-kortesija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u l-Kapitlu Metropolitan.
Il-kunċert qed jingħatamill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tal-Maestro Michael Laus,  bil-parteċipazzjoni tas-Soprano Miriam Gauci, Bass Noel Galea u l-Kor Collegium Musicum taħt id-direzzjoni tal-Maestro Dion Buhagiar.
Wara l-kunċert,  ikun hemmchampagne reception fil-Palazz il-Belt Valletta.
Min jagħti donazzjoni ta’ 50Ewro jirċievi invit għax-champagne reception. Il-qligħ imur kollu għall-Malta Community Chest Fund. Permezz ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi bħal dawn, l-MCCF tkun tista’ tilħaq it-talbiet ta’ mijiet ta’ familji u individwi li jitolbu kull tip ta’ għajnuna, li tinkludi wkoll għajnuna finanzjarja biex jitħallsu mediċini li jiswew ħafna flus, kif ukoll għal spejjeż ta’ vjaġġar u akkomodazzjoni għall-qraba li jakkumpanjaw persuni li jsiefru barra minn Malta għall-kura.
Il-booking għar-receptionjista’ jsir mill-Uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, fil-Palazz il-Belt Valletta, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-0830hrs u n-1230hrs. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numri 21240784 jew 99493110. Għar-reception, l-ilbies għandu jkun skur.
Għal dawk li jixtiequjattendu biss għall-kunċert fil-Kon-Katidral, id-dħul huwa b’xejn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow