ŻGUMBRAMENT FI PJAZZA SANT’ANNA TAS SLIEMA
PR0014
09/01/2009
| Dalgħodu ħaddiema tat-Taqsima Proprjeta’ | tal-Gvern (GPD) wettqu azzjoni ta’ infurzar li wasslet ghall-iżgumbrament ta’ stabbiliment tal-ikel fi Pjazza Sant’Anna f’Tas Sliema. L-operazzjoni li bdiet kmieni dalgħodu, seħħet wara li ċ-ċens tal-Magic Kiosk ġie fi tmiemu, u sid l-istabbiliment ma żgumbrax is-sit skond il-liġi. |
| Involuti fl-iżgumbrament dalgħodu kienu ħaddiema | tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, membri tal-Pulizija mid-Diviżjoni tal-ALE, kif ukoll ħaddiema mill-Enemalta Corporation u l-Water Services Corporation. |
| L-iżgumbrament ta’ dalgħodu ser jiffaċilita li | fuq is-sit minflok ir-ristorant, il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarjiet Rurali, iwettaq proġett illi jkompli mat-tisbiħ ta’ Triq Bisazza illi sar qabel il-festi. Huwa ppjanat illi Pjazza Sant’Anna tingħata lura lill-pubbliku fl-istat oriġinali tagħha. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984