TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA
PR0011
08/01/2009
| Iċ-Ċentru Ewropew | għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) irrapporta li numru ta’ pajjiżi fin-nofsinhar u l-punent tal-UE qed jirrappurtaw rati ta’ konsultazzjoni għall-influwenza li huma ogħla mir-rati li kien hemm f’dawn l-aħħar żewġ staġuni jew aktar. Hawn Malta d-Diviżjoni tas-Saħħa rat żieda fin-numru ta’ kumplikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-influwenza fil-komunità tul dawn l-aħħar ġimagħtejn. Ħafna mill-“viruses” li ġew identifikati s’issa fl-Ewropa huma tal-influwenza A (H3N2), it-tip li hu assoċjat ma’ influwenza ta’ ċerta qawwa. |
| Għalhekk id-Diviżjoni | tas-Saħħa qed tistenna li se jkun hawn aktar każijiet ta’ influwenza madwar l-Ewropa kollha, inkluż hawn Malta. It-tilqima li hawn hi effettiva u għalhekk id-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda tħeġġeġ lil dawk kollha li qegħdin f’riskju għoli li jistgħu jimirdu bl-influwenza kif ukoll lill-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex jitlaqqmu. Nies li għandhom aktar minn 55 sena u dawk li għandhom kundizzjonijiet mediċi kroniċi bħalma huma l-mard kroniku tan-nifs, il-mard tal-qalb, il-mard tal-kliewi u kundizzjonijiet li jaffettwaw l-immunità, li huma kkunsidrati li huma l-gruppi li l-aktar huma f’riskju għall-influwenza, u ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, li għadhom ma tlaqqmux kontra l-influwenza din is-sena, huma mħeġġa biex imorru fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex jieħdu t-tilqima b’xejn. |
| Il-link għall-istqarrija maħruġa llum | mill-ECDC: |
http://ecdc.europa.eu/en/News_Media/Press_Releases/080108_pr.aspx
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984