Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0008
Date Icon 07/01/2009
Azzjoni ta’ nfurzar biex spazji miftuħaikunu jistgħu jidgawdew aktar.
L-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent ul-iPjanar (MEPA) permezz ta’ ħaddiema tas-sezzjoni tal-Parks Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali niedew azzjonijiet ta’ infurzar fuq ammont ta’ ħitan fil-kampanja li kienu mibnija illegalment jew inkella għoljin aktar mill-permessi maħruga mill-istess MEPA.. Din l-azzjoni saret wara li fix-xhur li għaddew il-Mepa ħarġet numru ta’ avviżi ta’ nfurżar biex ħitan imtella illegalment jew ogħla mill-permess stipulat jiġu mneħħija.
Dawn il-ħitan, fiż-żona pittoreska ta’ ĦagarQim, huma l-ewwel minn sensiela ta’ azzjonijiet ta’ infurzar li ser iniedu l-MEPA u l-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali fix-xhur li ġejjin f'żoni magħżula oħra b'mod programmat. Dawn il-ħitan ta’ għelieqi, li ħafna minnhom huma artijiet tal-gvern mogħtija lill-individwi bi qbiela kellhom ħitan għolja aktar milli dawk oriġinali li kienu jiddelinjaw l-għelieqi, u li kienu nbnew mill-gvern.
F’din l-azzjoni ipparteċipaw numru ta’ħaddiema tal-PARKs fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li kontinwament għaddejjin b’ħafna azzjonijiet ta’ tisbiħ u ta’ restawr fil-kampanja. L-impenn lejn it-tisbieħ u l-ħarsien tal-kampanja qed isir ukoll permezz tal-ħidma kontinwa biex jitneħħew tankijiet tal-ħadid li jinsabu fil-kampanja u li jkerħu is-sbuħija naturali. Matul is-sena l-oħra biss il-PARKs neħħew madwar 40 tunnellata ta’ tankijiet , ħadid u oġġetti oħra li kienu qed iservu ta’ delineazzjoni ta’ l-għelieqi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow