Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTRU tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, dwar il-mewt tal-kompoŻitur mro charles camilleri

PR0003
Date Icon 03/01/2009

Malta tilfet wieħed minn uliedha li għamlulha ġieħ fil-qasam tal-Mużika

Bil-mewt ta’ Mro. Charles Camilleri, Malta l-lum tilfet wieħed mill-ulied li l-aktar li għamlulha ġieħ fil-qasam mużikali lokali u internazzjonali.

Charles Camillerikellu karriera brillanti fil-qasam tal-mużika kemm f’dik li hi kompożizzjoni kif ukoll fid-direzzjoni orkestrali.
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina qalet li l-mewt tal-kompożitur Charles Camilleri tfisser telfa kbira għal Malta u għa-dinja tal-kultura li tant kien iħobb u li tant ħadem biex ipoġġiha fil-post li jixirqilha fuq l-istess livell ta’ kulturi ta’ pajjiżi oħra ferm akbar minnha.
Il-Ministru qalet lif’dan il-mument diffiċli il-poplu Malti kollu jixtieq juri s-solidarjeta’ tiegħu mal-familja ta’ Mro Charles Camilleri.
Ma hemmx dubju lin-nuqqas tiegħu mix-xena tal-kompożizzjoni lokali se jinħass ħafna u se jħalli vojt kbir.
Hu kien l-ewwellecturer tal-muzika fl-Universita’ ta’ Malta.  Hu kkompona diversi opri mużikali li ndaqqu kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja.  Fl-eta’ żgħira ta’ 16-il sena kien diġa’ kkompona l-ewwel xogħol mużikali tiegħu u l-ewwel xogħlijiet tiegħu ndaqqu f’Londra u fl-Istati Uniti lura fl-1954.
Fl-1968 fil-FestivalHall ta’ Londra sar l-ewwel kunċert b’mużika kollha kemm hi ta’ dan il-kompożitur bravu Malti u fl-Expo tal-Ġappun fl-1970 sar il-premier tat-tieni Kunċert għall-Pjanu compost minn Camilleri.  Id-dar tad-diski Decca, fl-1972 irrekordjat il-kompożizzjoni tiegħu “Missa Mundi” li għamlet suċċess mad-dinja kollha.  It-tielet Kunċert għall-Pjanu miktub minnu kien esegwit f’Leningrad, ir-Russja fl-1987 filwaqt li fil-Festival ta’ Helsinki indaqq l-ewwel kunċert ghaċ-Cello compost mill-kompożitur Malti.
Aktar minn 150kompożizzjoni ta’ Charles Camilleri kienu publikati minn djar tal-mużika internazzjonali.  50 minn dawn il-kompożizzjonijiet kienu pubblikati wkoll fuq  CDs.
Hu kiteb ukoll opribil-Malti fosthom “Il-Wegħda” filwaqt li biċċa xogħol oħra famuża tiegħu “The Maltese Cross” ittellgħet għall-ewwel darba f’Malta fl-1995.
Charles Camillerigħandu wkoll kotba dwar il-mużika. Fil-fatt il-ktieb tiegħu “Mediterranean Music” kien pubblikat mill-UNESCO filwaqt li “The Folk Music of Malta” kien pubblikat mill-Universita’ ta’ Malta.
Għall-kontributtiegħu fil-qasam mużikali Mro. Charles Camilleri kien ingħata wkoll Ġieħ ir-Repubblika. Hu serva f’diversi karigi pubbliċi fosthom fil-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, waqqaf il-Malta International Choir Festival u okkupa diversi karigi oħra.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow