Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TA’ L-GVERN B’RISPOSTA GHALL-KONFERENZA TA’ L-AHBARIJIET TA’ L’UNIONS TA’ LLUM

pr0002
Date Icon 02/01/2009
B’riferenza ghal dak li ntqalfil-Konferenza stampa tal-unions tallum, il-Gvern itenni r-rakkomandazzjoni tieghu lill-unions biex jindirizzaw it-talbiet taghhom ghal kjarifici lill-Awtorita` ta’ Malta Dwar ir-Rizorsi.
Il-Prim Ministru zamm laqghat intensivimal-Unions li matulhom intlahaq qbil dwar dak li kellu jsir. Xi whud mill-Unions li kienu prezenti ghal dawn il-laqghat issa qieghdin jitolbu aktar kjarifici teknici dwar xi cifri li gew prezentati. Dawn il-kjarifici teknici ghandhom jinghataw mill-Awtorita regolatorja u minn hadd izjed.
Ghalhekk dak li intqal mill-Unions li “ghalissa”ma jaqblux li jmorru ghal laqgha mar-regolatur ma jaghmilx sens.
Kuntrarju ghal dak li qed ighidu dawn il-unions,din l-Awtorita’ m’ghandhiex rwol tekniku biss.  Xogholha jinkludi li “tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u ta’ utenti ohra f’Malta, partikolarment konsumaturi vulnerabbli, specjalment ghar-rigward tal-prezzijiet li jithallsu, u l-kwalità u l-varjetà tas-servizzi u, jew prodotti regolati.” (artiklu 4 (1)p tal-Att dwar l-Awtorita` ta’ Malta Dwar ir-Rizorsi, Kap 423 tal-Ligijiet ta’ Malta).
F’dan ir-rigward il-Gvern ifakkar li diga tezisti skema ta’ beneficcju dwar l-energija li tghin lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli u li diga tkopri numru sostanzjali ta’ familji. Huwa stramb kif il-unions f’ebda hin ma jaghmlu riferenza ghal din l-iskema li tkopri l-aspetti socjali f’dan is-settur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow