Left arrow Go Back

STATEMENT BY PARLIAMENTARY SECRETARY FOR TOURISM, DR MARIO DEMARCO, IN CONNECTION WITH VISITS TO WORKERS IN THE TOURISM SECTOR

PR2072
Date Icon 31/12/2008
Fiż-żminijiet tal-festi: Apprezzament għal dawkli jaħdmu fis-settur tat-turiżmu
“Iż-żjajar organizzati llummill-MHRA huwa mod tanġibbli kif nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk li bil-fatti huma s-sinsla tal-industrija turistika tagħna – l-irġiel u n-nisa li ta’ kuljum, m’hemmx Ħdud u festi, bil-ħidma tagħhom jaqdu lil dawk il-barranin li jagħżlu lil pajjiżna bħala d-destinazzjoni għall-btajjel tagħhom.”
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għat-Turiżmu, l-On Dr Mario de Marco waqt numru ta’ żjajar f’lukandi u ristoranti fl-okkażjoni ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena. Huwa kien akkumpanjat mill-President tal-MHRA, s-Sur Kevin Decesare, ic-Chairman tal-MTA, is-Sur Sam Mifsud, il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, is-Sur Josef Formosa Gauci u l-Kap Eżekuttiv tal-MHRA, s-Sur George Schembri.
Huwa sostna li ħafna drabinitkellmu dwar il-prodott turistiku tagħna u nirreferu għall-indafa, il-faċilitajiet u lukandi, il-mużewijiet, l-infrastruttura, it-trasport pubbliku u diversi affarijiet oħra; imam hemm aspett ieħor tal-prodott turistiku, dak li bl-Ingliż jissejjaħ soft, i.e. ir-riżorsi umani, jew aħjar in-nies.
Dr de Marco qal li hemm aktarminn 10,000 persuna impjegati full-time u aktar minn 9,000 persuna impjegati part-time mal-lukandi u r-ristoranti u li dawn huma kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż. Huwa żied jgħid li l-2008 se tkun sena oħra rekord bi kważi 1.3 miljun turist u aktar minn nofs miljun passiġġier tal-cruises li żaru pajjiżna; u li għaldaqstant dawn ir-riżultati jridu jkunu nkwadrati fil-kuntest tal-problemi internazzjonali li qegħdin u li se nkunu qed niffaċċjaw.
Is-Segretarju Parlamentariqal fid-dawl ta’ dawn id-diffikultajiet, il-Gvern u l-MTA qed jaħdmu sabiex ikomplu jtejbu l-prodott turistiku tagħna. Dan minbarra li żdiedu l-fondi tal-MTA b’3.5 miljun ewro li se jintużaw għal aktar investiment u firxa fir-reklamar ta’ pajjiżna sabiex inkomplu nżidu l-load factor tal-vjaġġi eżistenti lejn pajjiżna u nibqgħu ntejbu l-aċċessibbiltà.
Dr de Marco qal li l-linjatal-ajru EasyJet se tibda topera darbtejn fil-ġimgħa minn Newcastle, ir-Ryanair darbtejn fil-ġimgħa minn Bristol, u qed tistħarreġ aktar destinazzjonijet mir-Renju Unit u mill-Italja u l-iScandinavian Airlines (SAS) – se topera darbtejn fil-ġimgħa minn Stokkolma. Dan minbarra li l-Airmalta se tkun qed topera it-tnax-il ajruplani tagħha fis-Sajf li ġej.
Huwa kkonkluda billi qal lif’dawn il-jiem tal-festi, jirringrazzja ‘l dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam, talli jaħdmu f’dan is-settur li f’dawn żminijiet iżommhom ‘il bogħod mill-familji tagħhom sabiex kemm il-Maltin u t-turisti jkunu nistgħu jiddeertu flimkien mal-familji tagħhom.
Iż-żjarat saru fil-GrandHotel Mercure, San Antonio  f’Buġibba, fil-Marina Hotel, u d-Diplomat Hotel f’Tas-Sliema u Lulu Restaurant u r-Radisson SAS Baypoint f’San Ġiljan.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow