Left arrow Mur Lura

TIĠI FI TMIEMHA SENA TA’ ĦIDMA GĦAL MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN

PR2070
Date Icon 30/12/2008
Fi tmiem is-sena 2008, il-Viċi Prim Ministru uMinistru tal-Affarijiet Barranin, Dr Tonio Borg iltaqa’ mal-ħaddiema fi ħdan l-istess Ministeru u rringrazzjahom tax-xogħol siewi tagħhom li wassal għal diversi kisbiet importanti għall-pajjiż. Huwa ddeskriva s-sena 2008 bħala waħda impenjattiva u li hija l-pedament għat-twettiq tal-programm tal-Gvern f’din il-leġislatura.
Huwa ta’ interess li wieħed jinnota li kienubosta l-Maltin u l-Għawdxin li waqt btala ħassew il-ħtieġa li jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxati Maltin f’diversi pajjiżi. In-numru tela’ minn 700 għas-sena 2007, għal 800 għal din is-sena. Kien hemm ukoll ‘l fuq minn 7,400 kuntatt bejn ċittadini Malti li jaħdmu jew jgħixu barra minn Malta mal-Ambaxxati jew Konsulati fl-2008. Din il-figura hija pjuttost elevata meta mqabbla ma’ dik tas-sena 2007 fejn kienu 6,300 li għamlu kuntatt. Finalment, ta’ uġigħ il-qalb li wieħed isemmi li 15 –il persuna din is-sena tilfet ħajjitha waqt li kienet barra minn Malta. L-ambaxxati Maltin assistew f’dawn il-każijiet.
Minbarra l-assistenza tal-Ambaxxati u KonsulatiMaltin mxerda mad-dinja kollha, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin nieda diversi inizjattivi sabiex ikompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ bosta pajjiżi. Matul l-2008, ġew iffirmati 4 ftehim ta’ ħelsien ta’ tassazzjoni doppja. Dawn ġew iffirmati mal-Libja, l-Iżvizzera, il-Montenegro u l-Irlanda. Dawn l-arranġamenti huma ntiżi sabiex jiffaċilitaw l-investiment u l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.
Konġunt ma’ dawn l-inizjattivi, il-Ministerutal-Affarijiet Barranin ħaseb biex jorganizza Delegazzjoni ta’ Kummerċfl-Ukrajna u oħra fil-Portugall. B’kollox, ġew organizzati 225 laqgħa bejn negozjanti Maltin u barranin permezz ta’ dawn iż-żewġ żjarat. Din il-ħidma saret flimkien mal-Malta Enterprise.
Ta’ unur u preġju għal Malta huwa s-sehem ta’Malta fi ħdan l-Unjoni tal-Mediterran fejn Malta ngħatat ir-rwol ta’ Deputy Secretary General. Malta se tkun qed tospita wkoll uffiċċju li għandu jservi ta’ ħolqa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija.
Kien hemm ukoll każ ta’ ċittadin Malti li nħatafġewwa in-Niġerja. Dan il-każ ġie solvut bil-ħelsien tiegħu, wara iktar minn xahar. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin intervjena b’mod sħiħ fejn anke kienet intbagħtet delegazzjoni fin-Niġerja.
F’nofs is-sena ġie wkoll ffirmat ftehim ma’Spanja sabiex Malta tkun tista’ tuża’ l-bini tal-Ambaxxati Spanjoli biex minnhom jaħdmu diplomatiċi Maltin. Dan l-eżerċizzju se jkun qed jitwettaq ġewwa s-Serbja u l-Algerija b’mod immedjat. Wara ftehim ieħor ma’ Ċipru, Malta se tkun qed tiftaħ ambaxxata ġewwa Tel Aviv u Ramallah. Ċipru u Malta se jkunu qed joperaw is-servizzi ta’ Ambaxxata mill-istess bini flimkien ma’ Ċipru. Dawn il-ftehim ma’ Ċipru u Spanja għandhom iwasslu għal użu aħjar tar-riżorsi u frankar ta’ flus. Fi ftit ġimgħat oħra se tibda tiffunzjona b’mod sħiħ Ambaxxata Maltija ġewwa l-Polonja.
Malta attendiet ukoll għal-laqgħat kollha lijsiru kull xahar ġewwa Brussell jew fil-Lussemburgu bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin assistawkoll f’35 żjara li saru minn diplomatiċi barranin f’pajjiżna matul l-2008.
Ingħata bidu għal mod ġdid kif jiġu amministratil-fondi tal-Overseas Development. NGOs Maltin ibbenefikaw minn dawn il-fondi sabiex iwettqu proġetti infrastrutturali u edukattivi fl-Afrika.
Permezz tal-proġett DAR ingħata bidu għal modġdid kif jiġu ripatrijati immigranti illegali lura lejn pajjiżhom. Il-miri stabbiliti f’dan ir-rigward inlaħqu.
Il-proċess li nbeda snin ilu sabiex ċittadiniMaltin ma jkollhomx bżonn VISA sabiex jidħlu fl-Istati Uniti ukoll wasal fi tmiemu matul din is-sena.
Inizjattiva oħra mill-Ministeru tal-AffarijietBarranin kienet dik li għall-ewwel darba, il-bini li minnu jopera l-Ministeru, cioe’, Palazzo Parisio fi Triq il-Merkanti, l-Belt, jinfetaħ għal studenti tal-iskejjel sekondarji. Dan wassal sabiex diversi skejjel qed iżuru l-Ministeru u jingħataw tagħlim dwar id-diplomazija u relazzjonijiet internazzjonali.
Dan kollu flimkien ma’ inizjattivi oħra kienufrott il-ħidma li jwettqu d-diplomatiċi Maltin fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin inkluż fl-Ambaxxati. Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg saħaq li din il-ħidma trid titkompla fix-xhur li ġejjin bil-għan li ċ-ċittadin Malti jingħata l-aħjar servizz u b’mod effiċjenti. Filwaqt li rrikonoxxa li għad fadal xi jsir, huwa enfasizza li bħala pajjiż għandna ngħarfu kif indawru l-isfidi kbar li qed tiffaċja d-dinja bħalissa, f’opportunitajiet, sabiex inkomplu noħolqu l-ġid u fuq kollox ħadd ma jibqa’ lura. Dan fl-ambitu ta’ theddid għall-paċi f’partijiet tad-dinja fejn Malta għandha tkompli tagħti s-sehem tagħha biex jinstabu soluzzjonijiet ‘l bogħod mill-gwerer u l-ġlied, temm jgħid l-Viċi Prim Ministru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow