Tasal l-ewwel konsenja ta’ Herceptin
PR2057
23/12/2008
| Kif ħabbar il-Gvern ftit | tal-ġimgħat ilu, l-mediċina ‘Herceptin’ issa hija parti mill-formolarju tal-mediċini li joffri l-Gvern bla ħlas. L-ewwel konsenja ta’ 20 vjala tal-medicina Trastuzumab, aktar magħrufa bħala Herceptin waslet fl-isptar Sir Paul Boffa biex tibda tingħataw lill-pazjenti. Kull vjala ġiet tiswa €535. |
| Dawn l-20 vjala huma parti mill-konsenja li | kienet ordnata biex dawk il-pazjenti bil-kanċer tas-sider intitolati għal din il-mediċina jibdew jeħduha b’xejn mingħand il-Gvern. Il-pazjenti li bħalissa għandhom bżonn din il-mediċina huma tlieta. |
| Mhux kull pazjent bil-kanċer tas-sider għandu | bżonn din il-mediċina u għalhekk irid ikun l-onkoloġista stess li jirrakomanda l-pazjenta biex tieħu din il-mediċina. Din il-mediċina tingħata lill-pazjenti f’livell tlieta tal-kanċer u li jkunu għamlu l-intervent kirurġiku. |
| Sadanittant, hu magħruf li ż-żmien għall-offerta | l-kbir, li taħseb għal madwar 2,200 vjala ta’ Herceptin fis-sena, issa għalaq u se jibda l-proċess ta’ aġġudikazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984