Left arrow Go Back

Tasal l-ewwel konsenja ta’ Herceptin

PR2057
Date Icon 23/12/2008
Kif ħabbar il-Gvern ftittal-ġimgħat ilu, l-mediċina ‘Herceptin’  issa hija parti mill-formolarju tal-mediċini li joffri l-Gvern bla ħlas. L-ewwel konsenja ta’ 20 vjala tal-medicina Trastuzumab, aktar magħrufa bħala Herceptin waslet fl-isptar Sir Paul Boffa biex tibda tingħataw lill-pazjenti. Kull vjala ġiet tiswa €535.
Dawn l-20 vjala huma parti mill-konsenja likienet ordnata biex dawk il-pazjenti bil-kanċer tas-sider intitolati għal din il-mediċina jibdew jeħduha b’xejn mingħand il-Gvern. Il-pazjenti li bħalissa għandhom bżonn din il-mediċina huma tlieta.
Mhux kull pazjent bil-kanċer tas-sider għandubżonn din il-mediċina u għalhekk irid ikun l-onkoloġista stess li jirrakomanda l-pazjenta biex tieħu din il-mediċina. Din il-mediċina tingħata lill-pazjenti f’livell tlieta tal-kanċer u li jkunu għamlu l-intervent kirurġiku.
Sadanittant, hu magħruf li ż-żmien għall-offertal-kbir, li taħseb għal madwar 2,200 vjala ta’ Herceptin fis-sena, issa għalaq u se jibda l-proċess ta’ aġġudikazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow