Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT RIĊEVIMENT GĦALL-KORPI KOSTITWITI, L-UNIONS U S-SINDKI, FIL-BERĠA TA’ KASTILJA, VALLETTA – IT-TNEJN,  22 TA’ DIĊEMBRU 2008

PR2055
Date Icon 23/12/2008
Huwa l-pjaċir tiegħi nilqagħkom hawn ġewwaKastilja f’dan iż-żmien biex nawguralkom il-festi t-tajba għal-Millied u l-ewwel tas-sena.
Intom, il-korpi kostitwiti u l-unionstirrappreżentaw l-interessi ta’ ħafna setturi mill-ekonomija Maltija u tiffurmaw parti integrali mill-proċess tal-iżvilupp ta’ pajjiżna.  Intom is-Sindki li tirrapreżentaw ir-residenti fil-lokalita’ għandkom sehem importanti fl-iżvilupp tal-poplu tagħna partikolarment mill-aspett soċjali u ambjentali fil-lokalitajiet tagħna.  F’isem il-Gvern u f’isem il-poplu Malti nixtieq nirrangrazzjakom tax-xogħol siwi kollu li tagħmlu matul is-sena u tal-ħidma mal-membri tagħkom.
Qegħdin nagħlqu sena li bdiet b’entużjażmugħall-pass kbir u importanti li pajjiżna għamel meta flimkiien ħdimna biex daħħalna l-munita Ewropea bħala l-munita tal-Maltin u Għawdxin. Flimkien ħdimna biex għamilna din il-bidla mingħajr skossi u b’vantaġġi kbar għal pajjiżna – vantaġġi li għenu lil pajjiżna jilqa’ għat-terrimoti finanzjarji u ekonomiċi li seħħew fl-aħħar xhur u li l-impatt tagħhom għadu jinħass sal-lum.
Naħseb li dik l-esperjenza li qsamna flimkiengħandha ħafna x’tgħallimna. Turina li r-riformi huma essenzjali, li aħna parti minn dak li qiegħed iseħħ madwar id-dinja u allura ma għandniex inkunu maqtugħin mir-realtajiet, turina li rridu nħarsu fil-bogħod u mhux inkejlu biss fuq l-impatt immedjat, u turina li rridu naħdmu iżjed flimkien u nifhmu iżjed lil xulxin għaliex meta nagħmlu hekk naslu aħjar u naslu aktar malajr.
Naturalment, fid-diskussjonijiet li jkollnabejnietna ġieli naqblu u ġieli ma naqblux. Il-verità hi li naqblu fuq ħafna affarijiet.  Naqblu wkoll fuq il-viżjoni għal pajjiżna.  Għalkemm ikun hemm drabi fejn ikun hemm opinjonijiet differenti – u dan spiss jagħmel aktar ħoss - nemmen li f’dawn l-opinjonijiet differenti xorta jkun hemm qbil fuq valuri li lkoll kemm aħna nħaddnu u nemmnu fihom.  Dawn il-valuri huma msejsa fuq il-prinċipju li kulħadd għandu jiżviluppa l-potenzjal tiegħu, fuq il-ġustizzja soċjali, l-interess nazzjonali u fuq il-bżonn li jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema tagħna.
L-isfidi quddiemna huma ħafna speċjalmentfid-dawl tal-kriżi internazzjonali.  Il-Gvern immexxi minni għandu fiduċja fil-poplu Malti u fikom u konvint li jekk naħdmu flimkien, fl-interess aħħari ta’ pajjiżna, nistgħu negħlbu dawn l-isfidi u ndawruhom f’opportunitajiet.
Il-viżjoni 2015 tirrappreżenta waħda minn dawnl-opportunitajiet.  Tistedinna niffukaw fuq seba’ oqsma speċjali li ġew identifikati bħala l-aktar li joffru potenzjal għas-suċċess ta’ pajjiżna.
Is-sitwazzjoni globali tal-lum għandhatimbuttana biex nippruvaw nilħqu dawn il-miri iżjed malajr. Fl-opinjoni tiegħi, l-istrateġija tagħna biex niffukaw l-enerġija kollha ta’ pajjiżna fuq dawn is-seba’ oqsma, hija l-aqwa għodda li nistgħu nużaw biex insaħħu dak li għandna u nikbru iżjed. Iċ-ċokon ta’ pajjiżna ma jillimitax il-potenzjal tagħna fl-oqsma li għażilna (servizzi finanzjarji, teknoloġija, turiżmu, manifattura ta’ valur miżjud qawwi, saħħa u edukazzjoni, Għawdex) – anzi f’dawn l-oqsma għandna ċans tajjeb li nkunu aqwa u aħjar minn ħaddieħor proprju għaliex iċ-ċokon tal-ekonomija u l-amministrazzjoni tagħna tippermettilna nirrispondu aktar malajr u b’aktar flessibbiltà.
Imma l-Gvern jemmen li biex din il-viżjoni tiġiattwata, trid tkun mħaddna mill-Maltin u l-Għawdxin kollha u allura intkom miġbura hawnhekk għandkom parti essenzjali fit-twettiq ta’ din l-aġenda ta’ trasformazzjoni.
Il-Gvern, l-għaqdiet ta’ min iħaddem, il-unions,il-Kunsilli Lokali flimkien mas-socjetà ċivili għandna sehem importanti f’dan l-iżvilupp u fit-twettiq ta’ din il-viżjoni.
Aħna kommessi li nkomplu nsaħħu l-istrutturitad-djalogu soċjali.  L-ewwel pass kien it-twaqqif ta’ Segretarjat Parlamentari responsabbli fost l-oħrajn mill-Konsultazzjoni Pubblika.  Ir-responsabbiltà ta’ dan is-Segretarju Parlamentari hija li jara li dan il-proċess ta’ konsultazzjoni jiġi attwat bl-aktar mod wiesa’ u kontinwu possibbli u mas-setturi kollha konċernati.  Matul l-ewwel xhur is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni ħadem biex jiġu msaħħa l-fora nazzjonali fejn issir il-konsultazzjoni dwar temi importanti. Kien għalhekk illi ġie msaħħaħ l-MCESD u twaqqaf mill-ġdid il-MEUSEC.
Permezz tal-Kunsill Malti għall-IżviluppEkonomiku u Soċjali, il-Gvern kompla jikkonsulta mal-membri sabiex jirċievi pariri u proposti fuq temi relatati mal-iżvilupp sostenibbli ekonomiku u soċjali f’Malta. Ir-rwol tal-Kunsill huwa li joffri pjattaforma għall-konsultazzjoni u djalogu soċjali bejn il-Gvern, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili. F’Settembru li għadda l-Kunsill kompla jwessa’ d-dimensjoni tiegħu bit-twaqqif ta’ Kumitat Reġjonali għal Għawdex fi ħdan il-Kunsill biex jiġu diskussi temi u sfidi speċifiċi għall-gżira Għawdxija.
It-tnedija ta’ dan il-Kumitat timmarka passimportanti ħafna fl-iżvilupp tal-Gżira; Għawdex llum huwa kkunsidrat bħala Gżira-Reġjun b’karatteristiċi partikulari bi bżonnijiet u sfidi speċifiċi.
F’dan il-proċess, il-Gvern qiegħed iwessa’l-funzjoni tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u għalhekk mhux biss se jkun qed jirċievi suġġerimenti u proposti speċifiċi rigward is-sitwazzjoni soċjo-economika ta’ Għawdex mill-Għawdxin iżda wkoll dan il-Kumitat għandu l-iskop li joħloq u jsaħħaħ is-sinerġiji ta’ bejn l-imsieħba soċjali f’Għawdex.
Il-MEUSAC twaqqaf mill-ġdid f’Mejju ligħadda bl-għan li jikkonsolida l-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partiti politiċi, il-korpi kostitwiti, unions u mas-soċjetà ċivili li kkaratterizza l-perijodu tan-negozjati għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC, permezz tal-Core Group u tad-disa’ kumitati settorjali, issa qed imexxi ’l quddiem proċess ta’ konsultazzjoni dwar leġislazzjoni ġdida proposta mill-Unjoni Ewropea u l-pożizzjoni li l-Gvern Malti jieħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Minbarra dan, il-MEUSAC qed jgħaqqadmal-proċess ta’ konsultazzjoni, it-tixrid ta’ informazzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-sapport amministrattiv lill-Kunsilli Lokali u lill-organizzazzjonijiet non-governattivi f’dak li għandu x’jaqsam mal-Programmi tal-Unjoni Ewropea u l-opportunitajiet ta’ fondi għal dawn l-entitajiet taħt id-diversi programmi.
F’dawn it-tmien xhur, il-Gvern nieda numru ta‘konsultazzjonijiet fosthom dwar il-liġi tal-kera, ir-riforma tal-MEPA, tal-Kunsilli Lokali u tat-trasport pubbliku kif ukoll l-istrateġija Eko-Għawdex.  Dawn ir-riformi huma kollha msejsa fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u għalhekk huwa importanti li naħdmu flimkien biex inwettqu din il-viżjoni għal pajjiżna.  Saru wkoll konsultazzjonijiet dwar id-dokument ta’ qabel il-budget.  Nidejna wkoll riforma importanti għall-pajjiż u għas-sistema edukattiva li tħares lejn it-transizzjoni mill-primarja għas-sekondarja kif ukoll fuq il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ.  F’dawn it-8 xhur saru għexieren ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar it-tiġdid li tressaq għad-diskussjoni quddiem il-pubbliku, il-unions, il-korpi kostitwiti u s-soċjetà ċivili.  Saru laqgħat fl-MCESD u barra mill-MCESD u saru wkoll laqgħat settorjali u laqgħat għall-pubbliku b’mod ġenerali.
Imma dan mhux biżżejjed. Hemm bżonn li flimkiense nkomplu ninvestu aktar ħin f’laqgħat biex infasslu l-ġejjieni ta’ pajjiżna u tal-poplu tagħna.
Ilkoll naqblu li l-pajjiż għandu sfidi kbarquddiemu.  Il-Gvern huwa determinat li b’responsabbiltà, ma jaħrabx mir-realtà iżda li jiffaċċjahom b’determinazzjoni.  Jekk naħdmu flimkien anki l-aktar sfidi iebsa jintgħelbu u l-aktar miri ambizzjużi jsiru possibbli.

Awguri għall-Milied ħieni u s-Sena t-Tajba.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow