Left arrow Go Back

FESTIVAL FOLKLORISTIKU F’ĦAL TARXIEN

PR2051
Date Icon 23/12/2008
F’konferenza stampa li saretillum, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ħabbar dettalji ta’ attivita’ li se ssir bil-kollaborazzjoni tal-organizzaturi tal-Malta International Folk Festival.
Nhar it-Tlieta 30 ta’ Diċembru fit-toroq ta’ ĦalTarxien se jsir defile’ bil-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha li se jieħdu sehem fil-Malta International Folk Festival.  B’kollox fid-defile’ se jiehdu sehem madwar 400 delegat mill-Italja, minn Sqallija, minn Ċipru, mir-Russja, mis-Slovakkja, mil-Latvja, mill-Indja u mill-Armenja.
Dawn se jipparteċipaw bil-kostumi tradizzjonalita’ pajjizhom u se jkunu akkumpanjati minn banda Taljana komposta minn ħamsa u ħamsin persuna. L-attivita’ tibda’ fis-6.00 p.m. mill-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.
Fit-tnedija ta’ dan id-defile’, is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said faħħar l-inizzjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien u qal li permezz ta’ din l-attivita’ se jkunu qed iwasslu l-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna lil delegati minn numru ta’ pajjizi oħra.  Huwa qal li dan kollu se jservi ta’ reklam mill-aqwa għall-potenzjal tal-lokalitajiet tagħna.
Chris Said iddeskriva d-defile’bħala ċelebrazzjoni ta’ għaqda fid-diversita’. “Permezz ta’ din l-attivita’,  aħna wkoll se nkunu qed nesperjenzaw kulturi oħra u fl-aħħar mill-aħħar dan se jkun festival ta’ diversita’ kulturali.”
Is-Segretarju ParlamentariChris Said qal li d-diversita’ kulturali u l-identitajiet distinti m’għandhomx iservu ta’ mezz ta’ izolament izda għandhom ikunu pont għall-għaqda.  Huwa qal li l-attivita’ li se ssir f’Ħal Tarxien, hija eżempju ċar ta’ kif nistgħu nressqu kulturi differenti lejn xulxin u fl-istess ħin insaħħu l-identitajiet distinti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni qal li l-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ l-attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex ghax dawn itejbu l-prodott lokali.  Huwa faħħar lill-Kunsilli Lokali u qal li grazzi ghax-xogħol tagħhom, rajna zieda qawwija ta’ attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow