Il-Gvern Malti se jiffinanzja l-bini ta’ proġetti infrastrutturali mmexxija minn għaqdiet Maltin FIL-Kenja, fil-Benin u l-Etijopja
PR2047
22/12/2008
| F’Settembru 2008, | il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin iddeċieda li jaddotta proċeduri ġodda u trasparenti ta’ tqassim ta’ fondi għal għajnuna ta’ żvilupp barra minn Malta bi preferenza għal proġetti minn għaqdiet mhux governattivi fil-Kontinent Afrikan. |
| Għalhekk ħarġet | sejħa għal interess għal min irid iwettaq proġetti barra minn Malta fl-2009. ‘Il fuq minn 23 għaqda applikaw. Peress li għad fadal xi fondi mill-Budget tal-2008 ġie deċiż li jintgħazlu tliet proġetti bis-sistema l-ġdida sabiex jibbenefikaw mill-fondi allokati għas-sena 2008. Proġetti oħra se jiġu ffinanzjati minn dawk li applikaw għas sena 2009. |
| L-ewwel proġett hu | dak immexxi minn SOS Maltali jinvolvi t-twaqqif ta’ faċilita’ fl-Etijopja dwar il-ġbir u l-konservazzjoni tal-ilma (rain-water harvesting). Dan il-proġett għandu jiżgura aċċess għall-ilma tajjeb għax-xorb lin-nies tal-lokal, kif ukoll tagħlim lill-komunita’ lokali dwar kif għandu jsir ix-xogħol ta’ ġbir u konservazzjoni tal-ilma. L-SOS Malta ser twettaq dan il-proġett flimkien mal-“Ethiopian Rainwater Harvesting Assoċiation”. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ser jgħin fil-progett tal-SOS Malta billi jagħti s-somma ta’ €21,480 biex tkopri parti mill-ispiża totali ta’ dan il-proġett. |
| It-tieni proposta | magħżula u magħmula mis-Soċjeta’ MUSEUM ser isseħħ fil-Kenja. Il-progett jinvolvi t-twaqqif ta’ laboratorju tal-kompjuters fil-“Preca Vocational Training Sċhool”, bil-għan li jipprovdi tagħlim bla ħlas lit-tfal tal-lokal fil-qasam tal-informatika. Il-proġett jinvolvi wkoll it-tkabbir tal-librerija tal-iskola biex jagħmilha aktar possibbli li t-tfal jitgħallmu jiktbu u jaqraw. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ser jikkontribwixxi għal dan il-proġett b’€21,250. |
| It-tielet proġett | magħżul kien propost minn Education Aid li flimkien ma’ Vie Nouvelle, NGO li taħdem fil-Benin, ser iwettqu xogħol immirat biex jippromovu l-iżvilupp soċjo-ekonomiku permezz ta’ l-edukazzjoni u għajnuna lil gruppi ta’ negozji żgħar. Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ser jikkontribwixxi għall-ewwel fażi ta’ dan il-proġett permezz ta’ €25,925. |
| Il-Viċi Prim | Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Tonio Borg stqarr li l-finanzjament ta’ dawn it-tlett proġetti, li mistennija li jkunu lesti sa l-aħħar tas-sena 2009, huwa xhieda ċara tal-impenn tal-Gvern biex il-flus li jaqgħu taħt il-kappa tal-“Overseas Development Aid” ta’ Malta, jintużaw sabiex pajjizi inqas ixxurtjati minnha jkollhom ħajja aħjar. |
| Il-Ministru Tonio | Borg kompla qal li matul l-2009, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bi ħsiebu jkompli dan il-proċess ta’ kooperazzjoni mal-Għaqdiet Mhux Governattivi lokali biex jitwettqu aktar proġetti ta’ żvilupp f’pajjiżi barranin li qed jiżviluppaw. Dawn il-proġetti huma wkoll mistennija li jkunu ffinanzjati mill-allokazzjoni finanzarja ta’ €333,000 li għandu l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bħala “Overseas Development Aid”. Dan l-ammont huwa 43% aktar minn dak ta’ l-2008. |
---------------------------
Informazzjoni utli:
Skond informazzjoni maħruġa mill-UNICEF:
· 300 miljun tifel u tifla, jmorru jorqdu bil-ġuħ kull filgħaxija;
· 148 miljun tifel u tifla, jiżnu anqas min-normal meta relativament imqabla ma’ l-eta’ tagħhom;
· 20 miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin, isofru minn malnutrizzjoni;
· Il-malnutrizzjoni hija l-kaġun ta’ mewt ta’ madwar miljun tifel u tifla kull sena – madwar kull sekonda, tifel jew tifla imutu minħabba malnutrizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984