Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI   / Atti ta’ vandaliżmu u serq minn proġetti ta’ tisbieħ u armar tal-Milied tal-Environmental Landscapes Consortium (ELC)

PR2045
Date Icon 20/12/2008
Atti ta’ vandaliżmu u serqminn proġetti ta’ tisbieħ u armar tal-Milied tal-Environmental Landscapes Consortium (ELC)
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali jiddeplora bil-qawwa episodji ta’ vandaliżmu u serq li seħħew fl-aħħar jiem minn proġetti ta’ tisbieħ u armar tal-Milied tal-Environmental Landscapes Consortium (ELC).
Dawn l-aħħar inċidenti seħħewfl-Imtarfa fejn insterqu numru ta’ siġar li kienu qed isebbħu t-triq ewlenija u saret ukoll ħsara u tqaċċtu numru ta’ pjanti u fjuri.  Kien rappurtat ukoll serq minn armar tal-Milied fil-Furjana li tqiegħed mill-ELC f’diversi arterji ewlenin biex ikompli joħloq atmosfera ta’ ferħ f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.  Dawn huma l-aħħar minn sensiela regolari ta’ atti vandali u serq li jsiru minn proġetti ta’ tisbieħ li hawn madwar Malta u Għawdex.
Filwaqt li jiddeplora bil-qawwadawn l-inċidenti, l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jtenni li dawn l-episodji mhux se jnaqqsu mill-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti bis-sħiħ fi proġetti u inizjattivi ta’ tisbieh f’pajjiżna.  Il-Ministeru jappella wkoll biex kull min jista’ għandu xi informazzjoni relatata ma’ dawn l-inċidenti biex jirraporta minnufih sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi skond il-liġi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow