Left arrow Mur Lura

FTUĦ TA’ PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET – MILIED MELLIEĦI

PR2043
Date Icon 19/12/2008
Fil-lokalita’ tal-Mellieħa llum infetaħuffiċjalment il-programm ta’ attivitajiet Milied Mellieħi.
Tuldin il-ġimgħa kollha se jkun hemm diversi attrazzjonijiet fosthom ikel tradizzjonali Malti, spettaklu mużikali kull fil-għaxija, żfin, u wijriet ta’ presepji u pittura.  L-attivitajiet kollha se jsiru taħt it-tinda li se tkun miftuħa kuljum mis-6.00pm ’il quddiem, minbarra l-Ħadd 21 ta’ Diċembru fejn se tkun miftuħa tul il-ġurnata kollha.
Fit-tnedija ta’ dan il-programm ta’ attivitajiet,is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said faħħar ix-xogħol li qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u qal li attivitajiet bħal dawn ikomplu jkabbru l-potenzjal kemm tal-lokalita’ u kif ukoll tal-pajjiż.
Chris Said qal li l-Gvern jemmen fil-potenzjalli għandhom il-Kunsilli Lokali fil-qasam kulturali u turistiku ghax huma l-Kunsilli Lokali li jistgħu joħorgu l-aħjar tal-komunita’ tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn humaokkażjonijiet fejn inkunu qed inpoġġu fil-vetrina d-distinzjonijiet li jagħmluna dak li ahna.  Chris Said qal li attivitajiet bħal Iljieli Melleħin u Milied Mellieħi jagħmlu l-pakkett turistiku tagħna dejjem aktar f’saħħtu.
Chris Said tenna li l-Gvern ser ikompli jgħinlil Kunsilli Lokali jorganizzaw attivitajiet kulturali permezz ta’ skema li għadha kif ġiet varata.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow