FTUĦ TA’ PROGRAMM TA’ ATTIVITAJIET – MILIED MELLIEĦI
PR2043
19/12/2008
| Fil-lokalita’ tal-Mellieħa llum infetaħ | uffiċjalment il-programm ta’ attivitajiet Milied Mellieħi. |
| Tul | din il-ġimgħa kollha se jkun hemm diversi attrazzjonijiet fosthom ikel tradizzjonali Malti, spettaklu mużikali kull fil-għaxija, żfin, u wijriet ta’ presepji u pittura. L-attivitajiet kollha se jsiru taħt it-tinda li se tkun miftuħa kuljum mis-6.00pm ’il quddiem, minbarra l-Ħadd 21 ta’ Diċembru fejn se tkun miftuħa tul il-ġurnata kollha. |
| Fit-tnedija ta’ dan il-programm ta’ attivitajiet, | is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said faħħar ix-xogħol li qed jagħmel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u qal li attivitajiet bħal dawn ikomplu jkabbru l-potenzjal kemm tal-lokalita’ u kif ukoll tal-pajjiż. |
| Chris Said qal li l-Gvern jemmen fil-potenzjal | li għandhom il-Kunsilli Lokali fil-qasam kulturali u turistiku ghax huma l-Kunsilli Lokali li jistgħu joħorgu l-aħjar tal-komunita’ tagħhom. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn huma | okkażjonijiet fejn inkunu qed inpoġġu fil-vetrina d-distinzjonijiet li jagħmluna dak li ahna. Chris Said qal li attivitajiet bħal Iljieli Melleħin u Milied Mellieħi jagħmlu l-pakkett turistiku tagħna dejjem aktar f’saħħtu. |
| Chris Said tenna li l-Gvern ser ikompli jgħin | lil Kunsilli Lokali jorganizzaw attivitajiet kulturali permezz ta’ skema li għadha kif ġiet varata. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984