Left arrow Mur Lura

TINXTEGĦEL SIĠRA TAL-MILIED B’DIFFERENZA FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PR2039
Date Icon 19/12/2008
Siġra tal-Milied imdawla b’45 xemgħa qiegħdażżejjen l-entratura tal-Ministeru għal Għawdex f’dawn il-festi tal-Milied.
Din is-siġra, li nħadmet bil-ħadid mill-għalliemau l-istudenti waqt il-lezzjonijiet tax-xogħol fil-metall, fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri f’Għajnsielem, kienet esebita fil-Wirja tal-Milied li ttellgħet fis-sala tal-konferenzi tal-istess ċentru madwar ġimgħatejn ilu.
Il-Ministru għal Għawdex qalet li din is-siġratal-Milied għandha sservi ta’ xempju ta’ kif nistgħu nibżgħu għall-ambjent u l-konservazzjoni tal-enerġija, waqt li fl-istess ħin nidħlu fl-atmosfera tal-Milied. Hija żiedet tgħid li dan għandu jsir b’mod partikolari fid-dawl tal-viżjoni tal-gvern biex jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika sal-2015.
Il-Ministru Giovanna Debono fakkret f’miżurioħra li ġew meħuda mill-Ministeru tagħha fir-rigward tal-użu aħjar tal-enerġija u l-immaniġjar tal-iskart.
Fost l-oħrajn, il-Ministrusemmiet l-istallazzjoni tal-panelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tal-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll l-istallazzjoni tal-Power Factor Corrector fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li jnaqqas il-konsum u jwassal għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija elettrika. Qalet ukoll li bħalissa qed isir studju li għandu jindika jekk huwiex vijabbli li jiġi nstallat Power Factor Corrector fil-bini Amministrattiv tal-Ministeru. Il-Ministru Debono semmiet il-fatt li l-impjegati tal-gvern huma mħeġġa jitfu d-dwal u l-airconditioners meta l-uffiċini ma jkunux qed jintużaw, kif ukoll li meta jinħarqu l-bozoz tal-elettriku jinbidlu ma’ dawk energy saving.  Ħaġa oħra li tgħin fit-tnaqqis ta’ ħela ta’ enerġija hija li jkun inċentivat il-printer sharing.
Għal dawn il-festi, bħas-sninl-imgħoddija, qed tittella’ wirja ta’ presepji varji fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex. Din se tkun miftuħa sal-1 ta’ Jannar 2009.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow