Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAT-TQEGĦID TAL-EWWEL ĠEBLA TAL-ISKOLA SEKONDARJA TAS-SUBIEN TAL-KULLEĠĠ MARIA REGINA F’ TA’ ŻOKKRIJA, IL-MOSTA – IL-ĠIMGĦA,  19 TA’ DIĊEMBRU 2008

PR2037
Date Icon 19/12/2008
Simbolikament il-lum qed inpoġġu l-ewwel ġeblata’ din l-iskola ġdida fil-Mosta.  Il-ġebel hu sekondarju ħdejn il-viżjoni tal-Gvern għall-edukazzjoni.  Irridu li l-iskejjel ikunu post ieħor fejn uliedna kollha jkattru l-ħiliet tagħhom.
Din hi s-sitt skolali qed tinbena mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Diġà kellna l-bini tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, il-Kulleġġ Sant’ Injazju f’Tal-Ħandaq u l-Kulleġġ Santa Margerita f’Bormla, li se niftħu uffiċjalment ftit ġimgħat oħra, iżda li diġà qed tilqa’ l-istudenti fiha.
Bħalissa għaddejil-bini tal-iskola Primarja f’Pembroke li jitlesta s-sena d-dieħla, l-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta’ Għawdex ħa titlesta fl-2010 u issa din l-iskola fil-Mosta.
Ippermettuli hawninsellem lill-ex Ministru tal-Edukazzjoni Louis Galea li kellu d-dehen li jwaqqaf il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada li qed tagħtina dawn il-proġetti fejjieda.  Grazzi wkoll liċ-Chairman tal-Fondazzjoni, Ray Fenech u l-impjegati tagħha.
Il-viżjoni tagħna hi li nagħmlu minn pajjiżnaċentru ta’ eccellenza fl-edukazzjoni sas-sena 2015.  L-importanza tal-edukazzjoni mhix marbuta biss mal-ġid ekonomiku u l-progress soċjali imma wkoll mal-fatt li l-edukazzjoni tagħti dinjità u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-poplu tagħna.  L-edukazzjoni hi fil-qofol ta’ kull żvilupp, ta’ kull ġid u ta’ kull ġustizzja soċjali.  Għalhekk irridu noffru edukazzjoni ta’ kwalità biex uliedna jirnexxu lkoll.
Fis-snin li għaddew għamilna passi ta’ ġgant ‘lquddiem, li minnhom gawdew eluf ta’ tfal, żgħażagħ, ħaddiema u ġenituri – familji sħaħ.  Fuq dan il-pedament sod issa qed nibnu t-triq ambizzjuża tagħna li trid twassalna biex sal-2015 nagħmlu minn Malta Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam Edukattiv. Biex dan iseħħ irridu l-għajnuna ta’ kulħadd – studenti, ġenituri, għalliema u ta’ dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mas-settur.
L-edukazzjoni għaddejja minn żminijietinteressanti kif għadha kif semmiet il-Ministru Cristina.  Qed nassistu għal evoluzzjoni kontinwa f’dan il-qasam u bħala Gvern aħna lesti li nieħdu s-suġġerimenti utli u naġġornaw il-politika edukattiva skont il-bżonn.
Hemmgħażliet li issa rridu nagħmlu biex niksbu riżultati aħjar fil-qasam edukattiv. Qed nevalwaw x’inhu jiġri fl-iskejjel tagħna, fl-MCAST, fl-Università u fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi privati.  Aħna lesti nkomplu ninvestu f’dan il-qasam, iżda min-naħa l-oħra nistennew garanzija ta’ kwalità fl-edukazzjoni ta’ kull tifel u tifla, f’kull klassi u f’kull skola kemm jekk tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat.  Dan hu dmirna.
Illum kulħadd jaqbel li ma nistgħux nibqgħunħarsu lejn l-edukazzjoni bħala xi ħaġa tal-iskola biss.  Il-proċess edukattiv jibda mid-dar, qabel it-twelid u jibqa’ sejjer tul il-ħajja. Kulħadd għandu sehem fl-edukazzjoni formali u informali ta’ wliedna.
Aħnanħarsu lejn l-edukazzjoni bikrija bħala proċess ta’ żvilupp anki fiċ-Ċentri għat-Tħaris tat-Tfal u fil-kindergartens.  F’dan il-qasam qed inkomplu ninvestu f’ċentri ġodda, u dalwaqt niftħu ċentri f’Pembroke u s-Siġġiewi u Smart KidsClub fil-Qawra. Sal-2015 irridu li jkollna Ċentri għat-Tħaris tat-Tfal f’kull wieħed mill-għaxar kulleġġi. Qed ninvestu fiċ-ċentri.  Iżda qed ninvestu aktar fil-kwalità tas-servizzi u t-tagħlim li nagħtu fihom tant li sa sentejn oħra anke il-Kindergarten Assistants irid ikollhom Diploma u sal-2015 irid ikollhom kwalifika ta’ għalliema.
Metajkollna edukazzjoni bikrija fuq bażi soda, ikollna kwalità aħjar fil-livell tal-edukazzjoni obbligatorja, fil-livell primarju u sekondarju.  Bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni importanti dwar il-mixja tat-tfal mill-primarja għas-sekondarja biex uliedna kollha jmorru aħjar. Din ir-riforma qed issir issa għaliex għandna l-kulleġġi kollha f’posthom.  Għall-uliedna aħna ambizzjużi.  Irridu aktar għalihom.  U se nkunu qed nagħtuhom aktar.  Pajjiżna ma jista’ jitlef ebda wieħed jew waħda mit-tfal tagħna.  Dawn huma l-unika riżorsa li għandna u rridu ngħinuhom biex  uliedna jirnexxu lkoll.
Il-mira tagħna hi li 85% tal-istudenti li jtemmul-edukazzjoni obbligatorja jkomplu bl-istudju u t-taħriġ. Irridu li ż-żgħażagħ li jkomplu jistudjaw ikollhom istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, li jilquhom u joffrulhom edukazzjoni ta’ kwalità għolja.
L-MCAST hu storja ta’suċċess.  Qed noffru lit-tfal tagħna firxa kbira ta’ korsijiet f’diversi livelli.  Minn 1,500 student qed iqarreb il-5,000 student full-time.  L-MCAST għandu rabtiet mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet professjonali, ma’ istituzzjonijiet simili barra minn pajjiżna u mal-industrija.  Qed jagħti kontribut qawwi biex jissoddisfa mhux biss il-ħiliet meħtieġa mill-industrija llum iżda wkoll f’ dawk tal-ġejjieni.  L-MCAST qed joffri wkoll għadd kbir ta’ korsijiet part-time għall-adulti. Bl-MCAST qed tiġi żviluppata kultura ta’ tagħlim matul il-ħajja.  Il-pass li jmiss fl-MCAST issa hu li l-Istituti kollha jkunu ċentralizzati f’campus ġdid u modern.  Tfassal proġett li se jiswa aktar minn 100 miljun ewro biex inkomplu nibnu fuq is-suċċessi diġà miksuba, nagħmlu l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi u noħolqu sinerġiji akbar.
L-Università wkoll għandha sehemqawwi x’tagħti għas-suċċess u l-iżvilupp personali ta’ wliedna; u s-suċċess ekonomiku u l-progress soċjali ta’ pajjiżna. Se jsiru laboratorji ġodda tal-Kimika, tal-Inġinerija Biomedika u tal-Bioloġija, se tiġi żviluppata faċilità għal riċerka interdixxiplinari u se tinbena u tiġi mgħammra l-fakultà ġdida tal-ICT.
Fil-livelli kollha tal-qasamedukattiv se nkomplu ninvestu biex nagħtu l-aħjar lill-uliedna.  L-ambizzjonijiet tal-ġenituri għall-uliedhom huma l-ambizzjonijiet tal-Gvern.  L-ambizzjonijiet tal-ommijiet u l-missirijiet huma wkoll l-ambizzjonijiet tiegħi li ngħixhom bħala missier. L-aspirazzjonijiet tal-għalliema, huma l-aspirazzjonijiet tagħna wkoll.  Is-sodisfazzjon li tħossu intom il-ġenituri u l-għalliema hu s-sodisfazzjon tagħna wkoll.
Irrid linirringazzja lil dawk kollha li huma fdati bl-edukazzjoni ta’ wliedna fl-iskejjel u fl-iżvilupp tat-tfal fl-attivitajiet extra-kurrikulari.  Qed twettqu ħidma indispensabbli fl-iżvilupp ta’ wliedna.  F’isem il-Gvern u l-poplu rrid ngħidilkom grazzi.  Napprezzaw ix-xogħol li tagħmlu kuljum.  Xogħol li tagħmlu b’reqqa u b’dedikazzjoni.  L-ebda kliem ta’ apprezzament ma hu biżżejjed biex nesprimi l-gratitudni lejkom.
Il-Gverngħandu fiduċja f’pajjiżna.  Fiduċja fil-poplu tagħna.  Fiduċja fil-ġenituri.  Fiduċja fl-għalliema.  Għalhekk fiduċjużi li flimkien inkomplu nirnexxu biex fuq kollox nagħtu l-aħjar edukazzjoni lil uliedna fi skejjel isbaħ u aħjar.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow