IL-PUBBLIKU F’LINJA DIRETTA MA’ JASON AZZOPARDI
PR2036
18/12/2008
| Numru ta’ nies jitkellmu | mas-Segretarju Parlamentari f’linja diretta miftuħa apposta. |
| Illum bejn il-5:00 u s-7:00, is-Segretarju | Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi irrisponda personalment numru ta’ telefonati fuq il-linja tat-telephone 2295 3888 f’eżerċizzju ta’ kuntatt mal-pubbliku. |
| Din l-inizjattiva, l-ewwel waħda minn sensiela, | tagħti l-opportunita’ lil membri tal-pubbliku biex jitkellmu ma’ Jason Azzopardi, u jgħaddulu kummenti, suġġerimenti, ilmenti u osservazzjonijiet. Din l-inizjattiva ntlaqat tajjeb mill-pubbliku li rrikorra bi ħġaru għal din l-opportunita’. |
| Jason Azzopardi huwa magħruf li anke fil-kariga | ta’ Segretarju Parlamentari iżomm kuntatt kontinwu man-nies għax tassew jemmen li l-politika tmur id f’id mal-kuntatt u mad-djalogu. Din il-linja tat-telephone diretta ma’ Jason Azzopardi hija għodda oħra li tixhed dan it-twemmin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984