L-ALKOĦOL U S-SEWQAN
PR2033
18/12/2008
| Konferenza Stampa konġunta bejn | id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard, SEDQA, ADT, il-Korp tal-Pulizija u id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili |
| L-alkoħol huwa meqjus bħala xi ħaġa pjaċevoli, | li nieħdu ġost bih fost il-familja u l-ħbieb, aktar u aktar meta nkunu qed niċċelebraw. Iżda l-verita` hija ħafna aktar qarsa minn hekk – membru tal-familja jasal id-dar f’sakra ma jarax art, żagħżugħ imdamdam bix-xorb, inċident fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu riżultat tax-xorb li kien xorob is-sewwieq matul il-lejl. U numru ta’ mwiet l-aktar f’eta` żagħżugħa bl-uġiegh kollu li jġib miegħu għall-familjari u l-ħbieb. Din hija l-verita` qarsa dwar l-alkoħol. |
| Huwa pprovat xjentifikament li l-alkoħol ifixkel | il-kapaċitajiet bażiċi tal-bniedem fis-sewqan, anke f’ammonti baxxi. L-alkoħol ifixkel il-viżjoni tas-sewwieq, il-mod li jipproċessa l-informazzjoni ta’ madwaru u l-attenzjoni tiegħu fuq it-triq. Ifixkel ukoll kif is-sewwieq idawwar l-isteering u l-mod kif jaħseb. Fil-fatt, meta taħseb fuqha, hija mpossibli li persuna tista’ tħaddem magna dashekk ikkumplikata u li għandha bżonn daqshekk attenzjoni, bl-iċken ammont ta’ alkoħol ġo fiha. |
| Hemm ħafna x’jista’ jsir biex nevitaw dan kollu | u nkunu nistgħu ngawdu l-festi li ġejjin kif jixraq. Aħna nawguraw li kulħadd ikun responsabbli fil-konsum ta’ l-alkoħol, meta u fejn nixorbu huwa mportanti daqs kemm huwa l-ammont. Meta nkunu barra mid-dar, irridu nkunu responsabbli għalina nfusna u għal ta’ madwarna. U d-dar, ħafna drabi grogg jiswa daqs tlieta, u anke hawn irridu nuru responsabbilta` lejn min ġie jżurna u ser isuq lura. |
| Biex niddevertu, m’hemmx bżonn li nixorbu | l-alkoħol bla rażan. Nistgħu, anzi għandna, naraw kif ser innaqqsu l-konsum tal-alkoħol dejjem, u mhux f’dawn il-festi biss. Meta nixorbu żżejjed ma tantx nistgħu ngawdu dak kollu li qed jiġri madwarna. Wara kollox, hemm xorb ieħor li nistgħu nfittxu minflok dak magħmul bl-alkoħol. |
| Iżda fuq kollox, irridu nippjanaw u naħsbu minn | qabel min ser isuq lura d-dar. Il-parir tagħna dejjem kien u jibqa’, li jkun hemm membru tal-familja, jew wieħed mill-klikka tal-ħbieb, li ma jixrobx u jsuq hu. Darb’oħra jmiss lil xi ħadd ieħor. Dan l-individwu jkun il-veru ħabib għax jista’ jkun li jsalva l-ħajja ta’ kulħadd. Illum ukoll daħlet id-drawwa li jintuzaw mezzi oħra tat-trasport, bħal trasport pubbliku, taxis u minibuses li qegħdin hemmhekk biex jagħtu servizz meta l-aktar għandna bżonnu. Is-servizz qiegħed hemm u għandna nagħmlu l-aħjar użu minnu. |
| Il-festi għandna u nistgħu ngawduhom bl-aktar | mod sewwa billi nibżgħu għalina nfusna u għal xulxin u nkunu responsabbli f’dak kollu li nagħmlu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984