Left arrow Mur Lura

IL-PRESEPJU NAPLITAN F’PALAZZO FERRERIA

PR2031
Date Icon 18/12/2008
Il-Presepju Naplitan tas-seklu XVII din is-senase jkun għall-wiri fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta (Faċċata tas-sit tat-Teatru Rjal).
Għal din is-sena dan il-presepju se jkolluxenarju ġdid bil-fuq minn 140 figura, minbarra l-annimali u l-aċċessorji li huma kollha Naplitani, oriġinali u antiki. Għall-wirja ta’ din is-sena se jkunu esebiti 20 figura ġdida. Il-fiġuri tal-Presepju Naplitan jirrapreżentaw in-nies ta’ Napli bil-karatteristiċi tagħhom kollha.
Il-kompożizzjoni tal-Presepju Naplitannormalment tikkonsisti fi tliet xeni narrattivi. Dawn l-episodji narattivi tal-presepju jduru mal-parti ċentrali magħrufa bħala l-mistero. It-twelid ta’ Ġesu Bambin fi fdalijiet ta’ tempju Ruman li jissimbolizza l-waqa’ tal-paganiżmu u t-twelid tal-Kristjaneżmu. L-episodju l-ieħor juri t-tħabbira tat-twelid lir-rgħajja mill-anġlu li jwassal il-bxara t-tajba. Ix-xena l-oħra turi t-taverna fejn il-pasturi marbuta ma’ dan l-episodju juru karattri f’atmosfera brijjuża.
F’dan il-presepju naraw ukoll żewġ xeni oħra:dik tal-pont li tissimbolizza l-mixja lejn id-dehra tas-Salvatur u dik tal-funtana b’elementi arkitettoniċi Barokki li jagħmlu dan il-presepju aktar rikk.
Dawn l-episodji narrattivi huma kompluti b’għaddt’annimali, oġġetti gastronomiċi u minjaturi magħrufa bħala finimenti li jagħmlu x-xena iżjed reali u dettaljata.
Il-Presepju Naplitan se jkun miftuħgħall-pubbliku minn nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet huma dawn li ġejjin:

·        Il-Ħadd 21 ta’ Diċembru: 1000 – 1200 / 1700 – 2000

·        Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru:  1800 – 2000 (minbarra l-Ħamis 25 ta’ Diċembru)

·        Is-Sibt 27ta’ Diċembru: 1000-1300 / 1700 – 2000

·        Il-Ħadd 28ta’ Diċembru: 1000 – 1200 / 1700 – 2000

·        Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Diċembru: 1800 – 2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow