Left arrow Go Back

IL-MINISTRI TAL-FINANZI F’ĦIDMA BIEX JANTIĊIPAW KRIŻIJIET FINANZJARJI FUTURI

PR2027
Date Icon 18/12/2008
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Pariġi, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Waqt l-ECOFIN, il-Ministri sejiddiskutu kif jistgħu jtejbu l-ħila tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri biex jagħrfu diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji madwar id-dinja bit-twaqqif ta’ sistema ta’ twissija minn kmieni, ibbażata fuq koperazzjoni aktar mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Financial Stability Forum. Waqt il-laqgħa se jkun diskuss ukoll il-programm tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2009 kif ukoll ir-riżorsi tal-Fond Monetarju Internazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow